Koppja ta' bdoti jitkeċċew wara li ġġieldu u t-tnejn li huma jitilqu mill-gabina f'nofs titjira fl-Ewwel tas-Sena

  • Jan 11, 2018 10:35
  • Miktub minn iNews

    Linja tal-ajru Indjana keċċiet lill-koppja ta’ bdoti li f’nofs titjira kellhom ġlieda vjolenti u għal perjodu qasir mit-titjira ħallew lil gabina bla superviżjoni. It-titjira inkwistjoni kienet skedata li ttir minn Londra għal Mumbai fl-Ewwel tas-Sena.

    Jet Airways ħadet din id-deċiżjoni wara li investigat l-allegazzjonijiet li bdot raġel ta daqqa ta’ ħarta lill-kopilota mara waqt argument jaħraq bejn sema u ilma. Abbord l-ajruplan kien hemm 324 passiġġier.

    Kaġun tal-ġlieda l-mara telqet mill-gabina tibki, bil-bqija tal-membri tal-ekwipaġġ jikkonvinċuha tirritorna lura f’postha wara ftit tal-ħin.

    Il-midja lokali rrapportat li jidher li kien hemm saħansitra mumenti meta l-bdot raġel ukoll ħalla l-gabina tal-ajruplan, biex il-kontrolli tħallew għal perjodu qasir bla superviżjoni.

    Fi stqarrija ppubblikat wara li ġiet fi tmiemha l-investigazzjoni, Jet Airways saħqet li wara li rrevediet l-inċident itterminat l-impjieg tal-bdoti b’mod effettiv. Dan minkejja li Jet Airways qalet li n-nuqqas ta’ qbil bejn iż-żewġ bdoti ġiet solvuta b’mod amikevoli f’qasir żmien.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook