Kienu ilhom miżżewġin 67 sena … Imutu f'temp ta' 90 minuta minn xulxin

  • Jan 11, 2018 14:17
  • Miktub minn iNews
"

    Il-qraba ta’ koppja li kienu ilhom miżżewġin għal xejn inqas minn 67 sena rrakkontaw l-istorja emozzjonanti kif il-koppja anzjana mietet fi żmien siegħa u nofs minn xulxin.

    Arthur u Dorothy Harding it-tnejn li huma mietu fi sptar nhar il-Ġimgħa li għadda. L-ewwel li miet kien Arthur fis-6.45 a.m. ħin lokali, b’Dorothy tmut fit-8.10 a.m.

    Minkejja li l-koppja kienu qed jinżammu fi sptarijiet differenti, in-neputija tagħhom Ros Harding qalet li nannitha Dorothy mietet ftit wara li saret taf li żewġha kien miet.

    Ros irrakkontat kif lill-anzjana informawha li n-nannu kien miet. “Nanna issa tista’ tmur,” kompliet tirrakkonta Ros f’kummenti li għaddiet lill-midja Amerikana viżibbilment emozzjonata. Hija qalet li kien proprju meta ġiet informata b’dak li kien ġara li fl-aħħar mill-aħħar l-anzjana bħal donnha waqfet tissielet għal ħajjitha.

    Il-koppja iddaħħlu l-isptar fl-ewwel jiem tas-sena b’Arthur ibati minn kumplikazzjonijiet pulmonarji, filwaqt li Dorothy kellha kumplikazzjonijiet f’qalbha.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0