Jibdew jintlaqgħu nominazzjonijiet għall-2018 Malta EY Entrepreneur of the Year Award

  • Jan 11, 2018 14:22
  • Miktub minn iNews
"

    In-nominazzjonijiet għall-edizzjoni tal-2018 tal-Malta EY Entrepreneur of the Year™ Award infetħet nhar il-Ħadd li għadda u se baqgħu jintlaqgħu sat-Tlieta 9 ta' Frar. Il-kompetizzjoni kienet miftuħa għall-imprendituri mis-setturi kollha, kemm dawk stabbiliti kif ukoll dawk ġodda.

    L-EY Entrepreneur of the Year ™ Award kienet inbdiet fl-1986 fl-Istati Uniti u nfirxet f’madwar 165 belt f'iktar minn 60 pajjiż. Għall-imprendituri, dan il-premju fil-qasam tal-kummerċ hu l-ikbar u l-aktar  wieħed prestiġjuż fid-dinja, u l-uniku wieħed b'dimensjoni tassew globali.

    Ir-rebbieħ nazzjonali se jippreżenta lil Malta f’Monaco fejn jikkompeti għall-premju prestiġjuż ta’ EY World Entrepreneur of the Year™ Award.  L-avveniment ilaqqa’ r-rebbieħa nazzjonali minn aktar minn 60 pajjiż, magħżula minn grupp ta’ aktar minn 5,000 nominazzjoni. 

    Il-lista ta’ imprendituri li rebħu l-Entrepreneur of the Year™ tinkludu wħud mill-aktar imprendituri influwenti, innovattivi u esklussivi fid-dinja bħalma huma, fost oħrajn, il-fundatur ta’ Cirque de Soleil Guy Laliberté, il-fundaturi ta' Amazon Jeff Bezos u Reid Hoffman, Eddie Jordan tal-Formula One, Sergey Brin u Larry Page ta’ Google u Howard Schultz ta’ Starbucks.

    Imprendituri żgħażagħ li qed jaħdmu b’impenn qawwi biex jagħmlu suċċess  jistgħu japplikaw ukoll. Il-Premju EY Rising Star se jkun ippreżentat lil dik il-persuna nominata li qed tmexxi negozju bi tkabbir qawwi u li qed tiġġenera suq innovattiv. Anki r-rebbieħ ta’ dan il-premju se jattendi l-avveniment tal-World Entrepreneur of the Year™.

    Is-sena l-oħra, Alfred Pisani, iċ-chairman tal-Grupp Corinthia, u David Vella, ko-fundatur u kap eżekuttiv ta’ Altaro Software, rebħu l-premjijiet nazzjonali ta’ EY Entrepreneur of the Year™ u EY Rising Star rispettivament. F'Ġunju, huma ltaqgħu mar-rebbieħa minn madwar id-dinja kollha f'Monaco.

    Ronald Attard, is-soċju maniġerjali ta' EY Malta, ikkummenta hekk: "F’Malta għandha ħafna imprendituri kbar u, is-sena li għaddiet, konna tassew sodisfatti bil-kalibru tar-rebbieħa kif ukoll tal-persuni nominati. Hu  sodisfazzjon kbir għalina li, ta’ kull sena, nagħtu din l-opportunità li imprenditur jew negozju minn Malta jikkompetu mal-aqwa fid-dinja u jippruvaw jirbħudan it-titlu."

    "Kienet esperjenza meraviljuża li rajna lil Alfred Pisani tal-Corinthia jikkompeti b’mod tant tajjeb kontra r-rebbieħ Amerikan Bill Marriot u mexxejja globali oħra tan-negozju f'Monaco. Inħeġġeġ ħafna lil kull imprenditur li hu attiv f'Malta biex jikkunsidra li jipparteċipa."

    Biex ikunu eliġibbli għall-kompetizzjoni, il-persuni nominati għandhom ikunu jew Maltin jew ilhom joperaw kumpanija bbażata f'Malta għal mill-inqas sentejn. Kull min ikun, inkluż impjegati, konsulenti ta’ kumpaniji u finanzjaturi jista' jinnomina imprenditur, dejjem bil-kunsens tal-istess imprenditur. Ħafna min-nominazzjonijiet ikunu sottomessi mill-imprendituri nfushom.

    Il-fatt li persuna tkun nominata tista’ tgħolli l-profil ta’ dik il-kumpanija permezz ta’ exposure fost imprendituri oħra, sponsers, membri tal-ġurija u mistednin. Ir-rebbieħa jibbenefikaw ukoll minn viżibiltà internazzjonali sinifikanti li tista’ tgħin ukoll -fl-istadju li jkun jmiss għat-tkabbir tal-kumpanija rispettiva tagħhom.

    L- EY Entrepreneur of The Year Award™ hu ġġudikat minn bord indipendenti magħmul minn persuni ewlenin fl-komunità kummerċjali Maltija. Il-membri tal-ġurija għall-2018 jinkludu lil Joseph Gasan, ic-chairman tal-Grupp Gasan; Bernie Mizzi, direttriċi ta’ Chiswick House School u tas-St Martin’s College; Andy Beane, il-kap eżekuttiv ta’ HSBC Bank Malta plc; Frank Farrugia, president tal-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija ta’ Malta; u Paul Abela, president tal-GRTU.

    Biex jevalwa l-persuni nominati, il-bord tal-ġurija ifittex għal evidenza tal-karatteristiċi imprenditorjali li huma: spirtu u viżjoni imprenditorjali; prestazzjoni finanzjarja u tkabbir tan-negozju; innovazzjoni; impatt fuq il-komunità, u integrità personali.

    Biex persuna tapplika jew għal aktar tagħrif, tista’ żżur is-sit: www.eoymalta.com

    Ritratt: It-trofew ta’ 2018 Malta EY Entrepreneur of the Year™ 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0