Żewġ Rabtin illiberati minn attentat ta' serqa f'art gallery

  • Jan 11, 2018 17:30
  • Miktub minn iNews
"

    Żewġ Rabtin ma nstabux ħatja li 13-il sena ilu ippruvaw jisirqu minn ħanut f'Tas-Sliema li kien ibiegħ il-pitturi u l-antikitajiet.

    Iż-żewġ akkużati kienu Jason Emanuel Briffa u Sean Vella li llum għandhom 43 sena u 36 sena rispettivament.

    Huma ġew mixlijin bl-attentat tas-serqa li kien seħħ fit-12 ta' Novembru 2004, għall-ħabta tas-1.45 a.m., mill-ħanut “Royal Art Gallery” li jinsab fi Triq ix-Xatt.

    Kien fl-istess jum, għall-ħabta tas-2.30 a.m., meta l-Pulizija ġiet infurmata mingħand Leo Pillow li ra tnejn min-nies jippruvaw jisgassaw x-showroom tiegħu.

    Huwa rahom quddiem il-ħanut, ġieh suspsetti fihom u wara li daħlu f'karozza segwihom fejn ħa n-numru tar-reġistrazzjoni imbagħad rahom jirritornaw fuq il-post u jippruvaw jisgassaw il-bieb fejn ċempel għall-Pulizija b'leħen jgħajjat ħalli jisimgħuh tant li ħarbu.

    Iż-żewġ akkużati ġew arrestati wara li nqabdu f'karozza madankollu iġġustifikaw il-fatt li kienu viċin tal-ħanut għax wieħed minnhom ried ipejjep u s-sewwieq ma riedx li jagħmel dan fil-karozza.

    Il-kawża nstemgħet quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri fejn dan ikkritika l-mod kif il-prosekuzzjoni mexxiet il-kawża.

    Huwa sostna li għalkemm iż-żewġ akkużati tressqu fil-Qorti fl-2004, il-kawża ġiet differita darbtejn u rrimarka kif “oħroġ il-għaġeb, wara erba' snin u tliet xhur il-prosekuzzjoni ntebħet li l-kawża kienet ġiet differita sine die u fl-20 ta' Mejju 2016 ġie ippreżentat rikors sabiex il-kawża tiġi appuntata mill-ġdid, liema talba eventwament ġie milqugħa permezz ta' digriet mogħti fit-30 ta' Mejju 2016”.

    Dwar il-provi li tressqu quddiemu, il-Maġistrat Camilleri rrimarka li minkejja li Pillow ta deskrizzjoni taż-żewġ persuni li ra u x'kienu lebsin ma għarafx wiċċhom minkejja li xehed kif kien hemm 'eye contact'.

    “Il-Qorti tistaqsi: jekk kien hemm 'eye contact', kif jista' Pillow jgħid li ma rax iż-żewġ persuni li huwa jgħid li ra?! Dak li l-Qorti hija ċerta fuqu hu li l-imputati nnifishom ma ġewx identifikati minn Pillow bħala l-persuni li huwa ra”, huwa sostna.

    Kien għal din ir-raġuni li huwa ikkonkluda li l-prosekuzzjoni ma rnexxielhix tressaq provi biżżejjed kontra Briffa u Vella u illiberahom.

    F'din il-kawża l-prosekuzzjoni kienet immexxija mill-Assistent Kummissarju Silvio Valletta (dak iż-żmien spettur) u l-Ispetturi Claudine Vella u James Grech.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0