Sentejn ħabs talli seraq 'spray guns'

  • Jan 11, 2018 18:16
  • Miktub minn iNews
"

    Raġel ta' 33 sena kien ikkundannat 24 xahar ħabs wara li nstab ħati li seraq 'spray guns' minn ħanut fil-Mosta.

    Jeffrey Cassar kien mixli li wettaq din is-serqa fit-28 ta' Frar 2010, għall-ħabta tal-11.35 p.m., minn ġol-“JimCam” b'dannu għal John Mary Camilleri magħruf bħala Ġamri.

    Huwa kien mixli wkoll li kkaġuna ħsara fl-istess ħanut, li kiser sentenzi tal-Qrati ta' Malta u li kiser probation mogħtija fit-22 ta' Ġunju 2009 mill-Maġistrat Lawrence Quintano li mas-snin laħaq imħallef u issa huwa rtirat.

    Il-każ kontra Cassar kellu l-bidu tiegħu fl-imsemmi jum meta persuna rrappurtat lill-Pulizija kif semgħet ħoss kbir ta' ħġieġ jinkiser mill-imsemmi ħanut u rat erba' żgħażagħ jiġru għal ġo vettura.

    Meta l-pulizija marru fuq il-post sabu lil Camilleri li nfurmahom kif kienet nsterqulu tmien 'spray guns' li jiswew mal-€4,600.

    Fl-2013 il-Pulizija rċeviet informazzjoni li fis-serqa kien hemm involut Cassar u bil-kunsens tiegħu ittieħdulu marki tas-swaba li ġew imqabbla ma' dawk li nstabu fil-ħanut.

    Espert imqabbad mill-Qorti ikkonferma li marka ta' seba' fuq kontenitur tal-plastik kienet taqbel ma' saba ta' Cassar.

    L-akkużat ipprova jiġġustifika dan billi qal li huwa ġieli mar jixtri ż-żebgħa mill-ħanut u peress li l-ħanut kien 'self-service' seta mess xi oġġetti.

    Mistoqsi mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech biex jispjega kif instabet il-marka tas-saba fuq oġġett li ma xtrahx, Cassar wieġeb li jekk tkun dilettant tal-għodda tista' tara oġġett u terġa' tpoġġih f'postu.

    Madankollu James Camilleri, iben il-vittma, qal li huwa qatt ma ra lil Cassar fil-ħanut ta' missieru.

    Quddiem dan kollu l-Maġistrat Frendo Dimech ikkonkludiet li l-prosekuzzjoni ippruvat li kien Cassar li wettaq is-serqa u qabel tat is-sentenza qieset kif il-kondott tiegħu hija voluminuża.

    “Ittieħed kont tas-sentenzi esebiti minn fejn jirriżulta li l-imputat ingħata diversi opportunitajiet jirriforma ruħu, iżda jirriżulta daqstant ieħor li dawn l-opportunitajiet preċedentement mogħtija lilu minn diversi qrati, ma swew ta' xejn għajr ta' inċentiv biex ikompli fil-ħajja refrattarja tiegħu! Piena karċerarja għalhekk għandha tkun applikabbli għall-każ in deżamina”.

    Waqt li ikkundannatu 13-il xahar b'rabta mas-serqa mill-ħanut fil-Mosta, il-Maġistrat Frendo Dimech ikkundannatu 11-il xahar ieħor talli kiser l-ordni ta' probation mogħtija fl-2009.

    Il-prosekuzzjoni fil-konfront ta' Cassar tmexxiet mill-Ispettur Saviour Baldacchino.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0