Dr Ian Borg iħabbar proġett ta’ €2.2 miljun fl-Imqabba … Għada tkun inawgurata l-Funtana tat-Tritoni

  • Jan 11, 2018 19:30
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Dr Ian Borg ħabbar proġett ta’ riġenerazzjoni ta’ madwar €2.2 miljun fir-raħal tal-Imqabba. Dan il-proġett ser jikkonsisti f’tisbiħ tal-qalba tar-raħal kif ukoll investiment f’ġibjuni u sistemi oħrajn ta’ water catchment. Dan il-proġett ser iservi biex titjieb il-kwalità tal-ħajja tal-komunità f’din il-lokalità u biex jittaffa l-għargħar biswit il-ġibjun eżistenti, kif ukoll jgħin fil-ħarsien, konservazzjoni u użu mill-ġdid tal-ilma naturali tax-xita.

    Bħalissa għaddej xogħol ta’ ppjanar u ġie approvat il-permess sabiex jinbena t-tieni ġibjun. Il-proġett innifsu huwa maqsum fi tliet fażijiet. L-ewwel fażi tinkludi l-bini ta’ dan il-ġibjun ġdid u l-konverżjoni tal-ġibjun eżistenti f’wieħed soakaway. It-tieni fażi tiffoka fuq bini ta’ sistema ta’ culverts li jwasslu l-ilma direttament lejn il-ġibjuni. L-aħħar fażi se tinkludi t-tisbiħ u r-riġenerazzjoni tal-Pjazza tal-Imqabba biż-żona ta’ madwar il-Knisja tkun pavimentata u wħud mis-servizzi mal-faċċati tad-djar jinżlu taħt il-bankini. Ix-xogħol se jiġi evitat matul l-istaġun tal-festi tar-raħal li huma tant għal qalb in-nies, sabiex dawn ikunu jistgħu jitgawdew bis-sħiħ. Il-Kunsill Lokali kien inkluż bis-sħiħ fit-tfassil ta’ dawn il-fażijiet.

    Il-Ministru Borg qal li dan il-proġett se jagħti nifs ġdid lil din il-komunità, speċjalment lil dawk kollha li jużaw il-pjazza tal-Imqabba li se tkun qed tingħata ħajja ġdida, bis-saħħa ta’ spazji b’dehra aħjar li jintużaw fid-diversi attivitajiet fosthom għall-festi tar-raħal. Dawk kollha li għandhom djarhom viċin tal-ġibjun eżistenti u li jkunu affettwati mill-għargħar, kif ukoll min jagħmel użu minn jew joqgħod biswit Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija ser ikunu wkoll qegħdin jibbenifikaw minn dan il-proġett. B’hekk, qal il-Ministru, permezz ta’ dan il-pjan sħiħ għal-lokalità se jkunu qegħdin igawdu mat-3,000 persuna b’mod dirett.

    Huwa esprima s-sodisfazzjon tiegħu bil-fatt li dan il-proġett, inkluż il-pjanifikazzjoni tiegħu juri għal darb’oħra b’mod ċar is-serjetà li bih qiegħed isir ix-xogħol fi ħdan il-Ministeru. Il-proġetti kollha, minn fost l-akbar sal-iżgħar u inklużi dawk tat-toroq, juru li l-Ministeru jħares u jevalwa kull proġett b’mod wiesa’ u bl-investiment li jagħmel, jagħmel minn kollox biex jinkludi dak kollu li huwa importanti u jeħtieġ it-titjib. Borg ikkonkluda billi qal li bis-saħħa ta’ dan il-proġett se tkun qiegħda tingħata l-għajnuna xierqa lill-komunità tal-Imqabba u lil dawk kollha li jżuruha.

    Is-Sindku tal-Imqabba, Dr Charlene Muscat esprimiet il-gratitudni tal-Kunsill u rringrazzjat lill-Ministru u lill-Gvern Ċentrali u saħqet li dawn għandhom il-polz tal-poplu u qegħdin jisimgħu t-talba tan-nies. Hi żiedet tgħid li l-komunità tal-Imqabba żgur li se tilqa’ b’mod pożittiv dan il-proġett. 

    Min-naħa tiegħu l-Ministru ħabbar ukoll li għada, it-12 ta’ Jannar 2018, ser issir l-inawgurazzjoni tal-Funtana tat-Tritoni u ta’ Pjazza Tritoni fuq il-post fis-sitta ta’ filgħaxija.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0