Malta bit-tieni l-inqas rata ta’ inugwaljanza fl-Ewropa

  • Jan 11, 2018 19:29
  • Miktub minn iNews

    Minn rapport indipendenti li għadu kif ħareġ, jirriżulta li Malta bħalissa għandha t-tieni l-inqas rata ta’ inugwaljanza fl-Ewropa. Hija biss is-Slovakkja li għandha rata ta’ inugwaljanza inqas minn ta’ Malta.

    Jirriżulta wkoll li Malta għandha s-seba’ l-inqas rata ta’ faqar fl-Ewropa fost dawk li jaħdmu. Huma biss il-Finlandja, ir-Repubblika Ċeka, il-Belġju, l-Irlanda, l-Olanda u d-Danimarka li għandhom rata iktar baxxa minn Malta.

    Ir-rapport ‘Inequality in Europe’, maħruġ mill-istitut indipendenti Friedrich-Ebert-Stiftung, jagħti ħarsa lejn is-sitwazzjoni ta’ inugwaljanza fl-Ewropa u x’inhuma l-fatturi għal dan. Ir-rapport għandu l-għan li jgħin fit-tfassil ta’ policies biex jindirizzaw l-inugwaljanzi waqt li jsemmi x’jistgħu jkunu is-soluzzjonijiet.

    Fost is-soluzzjonijiet li jissemmew biex tkun indirizzata l-inugwaljanza fl-Ewropa, mhux biss bejn dawk li jaqilgħu l-iktar u l-inqas iżda anke bejn l-irġiel u n-nisa, hemm it-twessigħ ta’ faċilitajiet ta’ child care biex jgħinu aktar ġenituri, speċjalment nisa, biex jibqgħu jew jidħlu fid-dinja tax-xogħol.

    Dan ir-rapport ikompli juri kemm Malta hija fost ta’ quddiem fil-ġlieda kontra l-faqar u kontra l-inugwaljanza. Miżuri li ilhom li ddaħħlu f’pajjiżna sa mill-2014 bħaċ-childcare b’xejn, in-work benefit u tapering tal-benefiċċċji, mhux biss qed jagħtu l-frott f’pajjiżna imma jistgħu jkunu s-soluzzjoni għal pajjiżi oħrajn.

    Il-Gvern se jibqa’ impenjat li jkompli jtejjeb il-qagħda tal-familji Maltin u Għawdxin billi jkompli jkabbar u jġib aktar investiment, jkattar aktar ġid u xogħol, idaħħal aktar miżuri soċjali waqt li jsostni lil dawk li minħabba raġunijiet validi ma jistgħux jaħdmu u jduqu biżżejjed mill-ġid li l-investiment u x-xogħol qed joħloq.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0