“Maria Efimova issa qalet li ma kinitx is-sors ta’ Daphne Caruana Galizia” … Il-PL dwar ir-rapport tad-delegazzjoni ta’ David Casa

  • Jan 11, 2018 19:58
  • Miktub minn iNews

    “Maria Efimova issa qalet li ma kinitx is-sors ta’ Daphne Caruana Galizia.” Dan huwa l-qofol ta’ stqarrija maħruġa mill-Partit Laburista b’risposta għar-rapport tad-delegazzjoni ta’ David Casa li ġiet Malta f’Diċembru li għadda, li tqis din il-bdil fil-pożizzjoni ta’ Efimova, deskritta bħala s-sors dwar il-kumpanija Egrant, bħala żvolta ġdida fil-gidba fuq il-Prim Ministru.

    L-istqarrija maħruġa mill-PL tgħid li meta telgħet tixhed quddiem il-Maġistrat li qed imexxi inkjesta maġisterjali, Efimova, li xehdet minn post mhux magħruf, qalet li ma kinitx hi s-sors ta’ Daphne Caruana Galizia.

    L-istqarrija ttemm tgħid li dan jagħti żvolta oħra lill-istorja tal-gidba fuq il-Prim Ministru u l-familja tiegħu. Fid-dawl ta’ dawn l-aħħar żviluppi l-Prim Ministru jerġa’ jtenni l-impenn tiegħu li jirriżenja kieku tinstab xi nitfa verità dwaru. L-isfida għadha miftuħa għal Simon Busuttil. Sal-lum għadu ma laqagħhiex u jidher li wara din id-dikjarazzjoni se tkun iktar diffiċli. Fil-kumplament tar-rapport hemm punti li ġew spjegati jew miċħuda diversi drabi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0