inewsmalta.com



Is-sindku ta' Liverpool jitlob lill-pulizija biex jinvestigaw it-trasferiment ta' Ross Barkley ma' Chelsea

  • Jan 12, 2018 17:00
  • Miktub minn iNews

    Is-sindku ta' Liverpool, Joe Anderson, kiteb lill-pulizija biex jinvestigaw it-trasferiment ta' Ross Barkley ma' Chelsea, biex jinvestigaw jekk kienx hemm każ ta' frodi.

    Anderson li huwa partitarju akkanit ta' Everton kiteb ukoll lill-kap tal-FA Ingliża u l-Premier League wara li  l-midfielder internazzjonali Ingliż ta' 24 sena ngħaqad ma' Chelsea. Skond Anderson iċ-ċirkostanzi tat-trasferiment ta' dan il-player jitolbu li jkun hemm investigazzjoni serja.  Il-pulizija ta' Merseyside qalu li preżentament qed jikkunsidraw l-ittra ta' Anderson.

    Anderson wera t-tħassib tiegħu għas-somma mħallsa minn Chelsea għal Barkley.  Iċ-champions kienu qablu li jħallsu s-somma ta' £35miljun fis-sajf li għadda, iżda Barkley kien irrifjuta li jingħaqad ma' Chelsea fl-aħħar minuta. Barkley ma lagħabx lanqas minuta għal Everton minn dakinhar u b'hekk skond Anderson "il-valur tal-player naqas £1 miljun kull ġimgħa." Anderson żied li f'dawn in-negozjati kien il-club ta' Everton li mar minn taħt.

    "Jidher li kien hemm manuvra biex il-valur tal-player jonqos drastikament biex b'hekk jiggwadanjaw il-player innifsu, l-aġent tiegħu u l-club li akkwistah." qal Anderson. 

    Fl-ittra tiegħu liċ-chairman tal-FA Ingliża Greg Clarke u ċ-chairman eżekuttiv Richard Scudamore, Anderson qal li jħoss li l-pubbliku għandu jkollu moħħu mistrieħ fuq dan is-suġġett.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook