Edinson Cavani bi bdil ma' Mauro Icardi?

  • Jan 13, 2018 00:47
  • Miktub minn iNews
"

    Skond l-aġent Fernando Guglielmone, Edinson Cavani jista' jirritorna fl-Italja, possibilment f'Ġunju.

    "Cavani jinsab kuntent f'Pariġi u huwa lest li jgħin fl-istorja tal-club ta' PSG. Huwa tragward veru importanti għalih hekk kif wasal biex ikun l-aqwa skorer fl-istorja tal-club u jaqbeż players bħal Ibrahimovic u Weah. F'dan il-mument ma jixtieqx jitlaq minn Franza," tenna Guglielmone.

    Meta mistoqsi dwar ix-xnigħat li PSG lesti li jibdlu lil Cavani ma' Mauro Icardi ta' Inter, Guglielmone sostna: "Ma kien hemm l-ebda kuntatt u ma naħsibx li Inter kapaċi jaffordjawh f'dan il-mument. Qatt ma tista' tgħid x'ser jiġri fil-futur … kollox hu possibli … u għalhekk ma nista' nagħlaq l-ebda bieb. Dwar ix-xnigħat li Cavani jista' jirritorna ma' Napoli, ngħid l-istess, li fil-football qatt ma tista' tgħid x'ser jiġri...

    Jidher li Cavani ma tantx għadu relazzjoni tajba ma' Neymar, u għalhekk huwa possibli li l-attakkant Urugwajan jitlob li jingħaqad ma' club ieħor fis-sajf li ġej.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0