Manchester United jgħollu l-prezzijiet għall-partitarji ta' Sevilla

  • Jan 13, 2018 00:53
  • Miktub minn iNews
"

    Manchester United għollew il-biljett tad-dħul għall-konfront taċ-Champions League kontra Sevilla, fit-13 ta' Marzu, għall-prezz ta'  £89. Dan għamluh bit-tpattija talli l-club Spanjol qed jitlob £35 aktar fuq kull biljett lill-partitarji tar-Red Devils, meta mqabbel ma' dak li ħallsu l-partitarji ta' Liverpool fl-istadju tal-gruppi, f'Novembru li għadda.

    Kelliem għar-Red Devils qal li qliegħ żejjed minn fuq il-biljetti tal-partitarji viżitaturi ser jisussidja lill-partitarji tal-United meta dawn jattendu għall-partita tal-ewwel leg fi Spanja, nhar l-21 ta' Frar.

    Huwa żied jgħid li dan ser ikun ta' deterrent biex avversarji oħra ma jgħollux il-prezzijiet għall-partitarji tal-United.

    Il-partitarji ser jingħataw  £35 lura qabel ma jsiefru lejn Spanja u l-flus żejda ser jingħataw bħala donazzjoni lil Manchester United Foundation. 

    F'ittra maħruġa mill-club tal-Premier League kienet tgħid li: "F'dan il-każ il-partitarji tagħna huma suġġetti għal żieda eċċessiva fil-biljett tad-dħul mill-club ospitu.  Sevilla ma qablux li jraħħsu l-prezz għal wieħed raġenevoli."

    Il-club Spanjol stqarr li ser jissussidja illl-partitarji Spanjoli li ser jattendu f'Old Trafford u li ser jikkuntattjaw lill-UEFA dwar dan il-każ.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0