“Mhux se nemmnukom li tridulna l-ġid” … Iranjani li jgħixu f’Malta

  • Jan 13, 2018 14:15
  • Miktub minn iNews
"

    Fl-aħħar jiem smajna ħafna fuq l-Iran u l-protesti li kien hemm. F’daqqa waħda għajnejn id-dinja daret fuq dan il-pajjiż. Bdejna nisimgħu dikjarazzjonijiet minn pajjiżi tal-Punent biex in-nies jissoktaw bil-ġlieda tagħhom  u jkomplu jipprotestaw. Kienu diversi dawk li qalu li qalbhom qiegħda man-nies tal-Iran. Imma l-Iranjani li hawn f’Malta, li jammontaw għal ftit aktar minn mitt persuna, kif jaħsbuha? Kif iħarsu lejn dawn id-dikjarazzjonijiet?  Kif jinterpretaw dak li għaddej f’pajjiżhom.

    Wieħed minn dawn il-persuni f’kummenti lil Inewsmalta kien ċar ħafna. Jgħid li ma jistax jifhem kif il-politiċi tal-punent qed jgħidu li qalbhom mal-poplu Iranjan, meta għal snin sħaħ il-poplu Iranjan kellu jiffaċċja sanzjonijiet iebsin u li ħolqulhom tbatijiet kbar.

    Jgħidilna li “s-sitwazzjoni fl-Iran hi kumplessa. Mhux faċli tifhem dan il-pajjiż jekk ma tkunx parti minnu. Sfortunatament il-politika tal-Punent u l-midja qed jenfasizzaw biss parti żgħira mill-istorja wara dawn il-protesti. Nazzarda ngħid li trid tmur lura fiż-żmien.  Il-Prim Ministru Mohammed Mosaddegh kien elett fl-Iran fis-sena 1951.  Hu kien innazzjonalizza is-settur taż-żejt billi ħadu minn taħt idejn l-Ingliżi.  Ġara li hu kien tneħħa b’kolp  ta’ stat li warajh kien hemm il-forzi tal-Punent. 

    Ir-rivoluzzjoni Iranjana kienet rivoluzzojni kontra ir-Renju Unit u l-Istati Uniti. Minn dak iż-żmien ‘l hawn, dawn il-pajjiżi dejjem appoġġjaw lil dawk li kienu fuq in-naħa opposta tal-Iran. Għamlu sanżjonijiet kontra l-pajjiż u ddemonizzaw lin-nies tal-Iran.  Hu fatt li l-maġġoranza tal-Iranjani jafu li kemm l-Istati Uniti u kemm ir-Renju Unit m’għandhomx qalbhom mal-Iran.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0