Premier: Gzira U. isaħħu t-tielet post

  • Jan 13, 2018 16:21
  • Miktub minn iNews
"

    Ritratt: Christine Borg

    Gzira United …………….3

    Tarxien Rainbows …….1

    Wara li sa kważi tmiem l-ewwel taqsima kienu goal minn taħt, Gzira United dawru telfa f’rebħa konvinċenti ta’ 3-1 kontra Tarxien Rainbows biex b’hekk saħħew it-tielet pożizzjoni.

    Kienu l-Maroons li ħolqu l-ewwel periklu wara erba’ minuti permezz ta’ free-kick insidjuż ta’ Andrew Cohen li iżda ħabat mal-mimduda qabel intemm barra. 

    Ir-Rainbows wieġbu fit-12-il minuta b’xutt ta’ Ayrton Azzopardi li ġie salvat mingħajr wisq diffikultà mill-goalkeeper tal-Maroons, Justin Haber.

    Fl-20 minuta, reġgħu kienu Gzira li resqu viċin meta l-free-kick ta’  Andrew Cohen għadda ftit għoli minn fuq il-lasti diviżi mill-goalkeeper, Antonio Chetcuti. 

    Iżda kontra x-xejra tal-logħob, fit-30 minuta, kienu Tarxien Rainbows li fethu l-iskor hekk kif Eduard Ma­rian Calin bidel il-ballun ma’ RICARDO SILVA FARIA li min-naħa tiegħu venven xutt b’saħħtu mill-viċin għar-rokna tax-xibka li ma ta l-ebda ċans lil Justin Haber.

    Iżda t-Tarxiniżi ftit damu jifirħu hekk kif fil-45 minuta, eżattament qabel intemmet l-ewwel taqsima, Gzira United rebħu penalty, meta Matthew Spiteri waqqa’ lil Andrew Cohen fil-kaxxa.

    Mill-11-il metru nkariga ruħu AMADOU SAMB li tefa’ l-ballun fix-xikba bil-goalkeeper tar-Rainbows imiss il-ballun iżda ma rnex­xielux isalva.  

    It-team immexxi mill-coach Darren Abdilla rdoppja l-iskor fis-67 minuta meta wara li rċieva l-ballun minn corner, permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża, AMADOU SAMB, tefa’ l-ballun wara Antonio Chetcuti.

    Fit-82 minuta, ir-Rain­bows, qalgħu daqqa ta’ ħarta hekk kif spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa għalihom Antonio Mitrev wara li rċieva żewġ karti sofor. 

    Mill-free-kick li rriżulta, Gzira United issiġillaw ir-rebħa meta ż-żagħżugħ NIKOLAI MUSCAT tefa’ l-ballun fix-xibka b’xutt sabiħ li ma ta l-ebda ċans lil Chetcuti jsalva, biex irreġistra l-ewwel goal personali tal-istaġun. 

    GZIRA U.: 17-Justin Haber, 21-Roderick Briffa, 13-Clifford Gatt Baldacchino (6-Nikolai Muscat 70), 44-Antonio Orlando Machedo Neto, 16-Karl Pulo, 14-Mosises Avila Perez, 30-Edison David Bilbao Zarate, 10-Andrew Cohen (26-Sacha Borg 90), 11-Juan Corbolan, 77-Amadou Samb, 99-Haruna Garba (9-Luca Brincat 85) -Coach: Darren Abdilla

    TARXIEN R.: 12-Antonio Chetcuti, 3-Stefan Radovanovic, 14-Andrew Agius, 8-Matthew Spiteri (4-Mamadou Traore 85), 9-Matar Dieye, 10-Ayrton Azzopardi (11-James Brincat 75), 15-Luke Grech, 16-Andrè Charles Scicluna, 21-Eduard Marian Calin, 22-Ricardo Silva Faria (17-Arsenne Rye Cilia Mumford 89), 20-Antonio Mitrev  -Coach: José Borg

    REFEREE: Eman Grech

    ASS. REFEREES:Duncan Sultana, Dusan Petrovic

    RABA’ UFF: Ishmael Barbara

    SKORERS:R. Silva Faria 30 (TR); A. Samb 45 pen, 67, N. Muscat 83 (G)

    AMMONITI:A. Mitrev , M. Spiteri, E. M. Calin, R. Silva Faria (TR); A. O. Machedo Neto, A. Samb (GU)

    TKEĊĊA:A. Mitrev 82 (T)

    PLAYER TAL-LOGĦBA: Ricardo Silva Faria (TR)

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0