Trump mill-ġdid fi skandlu b'allegazzjoni li kellu relazzjoni ma' attriċi pornografika u ħallasha biex iżżomm fommha sieket

  • Jan 13, 2018 17:23
  • Miktub minn iNews

    Il-President Amerikan Donald Trump reġa’ spiċċa għal darb’oħra f’nofs skandlu. Dan wara allegazzjonijiet li 12-il sena ilu kellu relazzjoni sesswali ma’ attriċi fl-industrija tal-pornografija u li saħansitra ħallasha ċ-ċifra ta’ $130,000 biex ma tiddiskutix dak li kien ġara bejniethom. Sadanittant l-avukati ta’ Trump ċaħdu l-allegazzjonijiet miġjubin fil-konfront tiegħu.

    Il-Wall Street Journal ilbieraħ irrapporta kif l-avukat ta’ Trump, Michael Cohen, kien issuperviżjoni l-pagament lill-mara fl-aħħar jiem tal-elezzjoni presidenzjali tal-2016.

    Filwaqt li Cohen ma rreferiex għall-allegazzjoni li l-attriċi tħallset somma konsiderevoli ta’ flus, huwa ċaħad li Trump u Stephanie Clifford, magħrufa fl-industrija tal-pornografija bħala Stormy Daniels, kellhom relazzjoni sesswali fl-2006, sena wara li kien iżżewweġ lil Melania Trump.

    Cohen irrefera wkoll għal imejl iffirmata minn “Stormy Daniels” li wkoll tiċħad li rċeviet xi flus mingħand Donald Trump biex iżżomm fommha sieket.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook