Il-biofjuwil imħallat mad-diżil se jilħaq 8.5% tad-diżil u petrol kollu impurtat

  • Jan 13, 2018 18:03
  • Miktub minn iNews

    “Matul dawn l-aħħar seba’ snin il-persentaġġ dejjem akbar ta biofuel li jiġi mħallat mad-diżil.  Fis-sena 2018 dan għandu jilħaq it-8.5% tat-total ta’ diżil u l-petrol kollu importat fis-suq lokali għal użu minn karozzi”.

    Dan ħareġ minn risposta li għaddieilna l-Awtorità tal-Enerġija  b’riferenza għal domandi min din il-gazzetta dwar rapport li nħareġ mill-Aġenżija għall-Ambjent tal-Unjoni Ewropea u li fiha ġew kwotati figuri li juru li Malta kienet għadha ma laħqitx il-miri tagħha dwar l-enerġija alternattiva.

    L-aġenzija spjegat li “ta’ min wieħed jinnota li r-rapport imsemmi jirreferi ghall-figuri tal-2015.  Figuri uffiċjali ppublikati anke mill-Eurostat juru li Malta laħqet il-mira tagħha għas-sena 2016 (hekk kif ippublikata fl-NREAP) u qabżet dik rikjesta mid-Direttiva Ewropeja. Dan ġie ikkonfermat ukoll fir-rapport annwali dwar l-Energy Union  maħruġ mill-Kummissjoni Ewropeja u jawgura tajjeb biex Malta tilhaq il-mira ta’ 10% fl-2020.”

    L-aġenzija qaltilna li ‘għalkemm għall-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli ma jintużax fjuwil konvenzjonali, sistemi li jipproduċu energija rinnovabbli ġeneralment jirrikjedu investiment inizjali sostanzjali u allokazzjoni ta’ spazju, bħal bjut, li jaf ikollu użu alternattiv.   Huwa għalhekk li l-gvern iħaddem skemi biex jgħin bl-għoti ta grants għal-ispiża kapitali.  Il-Gvern joffri wkoll għajnuna forma ta’ feed-in tariffs biex jippermetti li l-investituri f’sistemi fotovoltajiċi jipproduċu enerġija rinnovabbli filwaqt li jkollhom qliegħ xieraq mill-investiment.  Ta’ min wieħed jinnota li investiment fl-enerġija rinovabbli huwa wieħed fit-tul, pero bl-għajnuniet tal-gvern, ir-riskji assoċjati ma’ dawn l-investimenti huma ġeneralment żgħar.” 

    L-aġenżija qaltilna ukoll li “wieħed irid ukoll iżomm f’moħħu li enerġija minn sorsi konvenzjonali xorta hija meħtieġa biex ikollna aċċess għal enerġija anke f’ħinijiet meta l-ġeneraturi tal-enerġija rinovabbli ma jiġġenerawx minħabba l-intermittenza ta’ riżorsa. Ir-rivoluzzjoni fl-użu tal-enerġija rinnovabbli fil-qasam tat-trasport bl-art (karozzi) hija waħda siekta iżda effettiva.  Matul dawn l-aħħar seba’ snin persentaġġ dejjem akbar ta’ biofuel jiġi mħallat mad-diżil.  Fl-2018 dan għandu jilħaq it-8.5% tat-total ta diżil u petrol kollu importat fis-suq lokali għal użu minn karozzi.  Dan il-proċess qed isir mingħajr ma jagħti skossi lis-settur hekk kif jiġi assigurat li l-fjuwils jibqgħu kompatibbli mal-flotta tal-karozzi u ma jżidx piżijiet żejda fil-prezz tal-fjuwils.”

    Ir-rapport tal-aġenzija ambjentali tal-Unjoni Ewropea

    Ir-rapport jgħid li l-Unjoni Ewropea b’mod sħiħ tinsab fit-triq biex tilħaq il-miri tagħha li sas-sena 2020 ikollha 20 fil-mija tal-enerġija li tkun ġejja minn sorsi rinnovabbli.  Ta’ min jgħid li din il-mira jidher li se tintlaħaq minkejja li b’mod globali fl-Unjoni Ewropea kien hemm tnaqqis fit-tkabbir tal-enerġija rinnovabbli fl-Unjoni Ewropea. 

    Mir-rapport joħroġ li iż-żieda fil-konsum ta’ l-enerġija rinnovabbli sa miss-ena 2005 wasslu  biex fl-Unjoni Ewropea naqset id-domanda għal ‘fossil fuels’. Ir-rapport jgħid li llum l-Unjoni Ewropea hi mexxej globali fejn tidħol l-enerġija rinnovabbli ras għal ras.

    Filfatt l-enerġija rinnovabbli fl-Unjoni Ewropea żdiedet minn 16.1 fil-mija fis-sena 2014 għal 16.6 fil-mija fis-sena 2015 u 16.9 fil-mija fis-sena 2016.

    Ir-rapport jgħid li l-enerġija rinnovabbli kompliet toħloq id-differenzi bejn il-pajjiiżi Ewropej fejn f’xi wħud hemm konsum ta’ xejn inqas minn 30 fil-mija t’a enerġija rinnovabbli fosthom l-Awstrija, id-Danimarka, il-Finlandja, il-Latvja u l-Isveżja, waqt li pajjiżi oħra għandhom ammont ħafan inqas baxx ta’ inqas minn 9 fil-mija. Dawn huma l-Belġju, Malt,a il-Lussemburgu, l-Olanda u r-Renju UNit.

    Mir-rapport joħroġ li għas-sena 2015 l-ogħla  rati ta’ enerġija rinnovabbli li ġew installati kienu fl-Isvezja b’53.9 fil-mija, il-Finlandja b’39.3 fl-mija, il-Latvja b’37.6 fil-mija, l-Olanda b’5.8 fil-mija u l-Lussemburgu u Malta it-tnejn b’5 fil-mija.

    Filfatt għas-sena 2015 il-pajjiżi kollha Ewropej apparti Franza, l-Olanda u l-Lussemburug irrappurtaw żieda fl-enerġija rinnovabbli.

    Mir-rapport joħroġ li hemm 20 stat membru li laħqu jew qabżu l-miri li kellhom stabbiliti għas-sena 2015-2016. Dawk li ma qabżuhoms huma Franza, l-Irlanda, il-Lussemburug, Malta, l-Olanda, il-Polonja, il-Portugal u Spanja. 

    Issa meta wieħed jieħu settur settur tal-enerġija rinnovabbli isib li huma tlett pajjiżi biss, l-Awstrija, il-Finlanda u l-Isvezja li laħqu l-miri li kellhom stabbiliti mill-Unjoni Ewropea.  Kien hemm 19 il-pajjiż, fothom Malta li laħqu l-livelli ta’ enerġija rinnobabbli għat-tisħin tal-ilma jew djar.  Il-pajjiżi li ma laħqux il-miri f’dan il-qasam huma l-Belġju, Ċipru, l-Greċja, Franza, l-Irlanda, il-Latvja, il-Portugal, is-Slovakkja u r-Renju Unit.   Hemm ħames pajjiżi li laħqu l-miri tagħhom għal enerġija rinnovabbli fit-trasport u dwn huma l-Awstrija, il-Finlandja, il-Lussemburgu, l-Isvezja u s-Slovakkja.

    Mir-rapport joħroġ ċar li enerġija rinnovabbli għal enerġija,  Malta għandha jonqosha sew b’persentaġġ ta’ 52 fil-mija, waqt li fil-biofuels fadalilha 11 fil-mija.  Fit-tisħin tad-djar u l-ilma, Malta laħqet il-mira u qabżitha bi 43 fil-mija.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0