Konsultazzjoni pubblika dwar ir-riġenerazzjoni ta’ Pjazza San Franġisk fir-Rabat, Għawdex

  • Jan 13, 2018 19:35
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana nediet il-proċess ta’ konsultazzjoni dwar Pjazza San Franġisk waqt laqgħa li fiha ġew ippreżentati d-disinji preliminari tal-proġett, għall-kummenti u għas-suġġerimenti tal-pubbliku. 

    “Ix-xogħlijiet relatati ma’ dan il-misraħ ewlieni ilhom biex isiru u issa wasal iż-żmien li dan il-proġett jitwettaq - mhux biss biex Pjazza San Franġisk tissebbaħ u tkun aktar aċċessibbli - iżda wkoll għax f’din il-pjazza, bħal fi pjazez oħrajn, hemm sfidi li jridu jiġu ffaċċjati, partikolarment dik tal-immaniġġjar tat-traffiku”, qalet Justyne Caruana.

    Preżenti għal-laqgħa kien hemm ir-residenti u s-sidien tan-negozji li għandhom interess partikolari f’dan il-proġett kif ukoll l-istakeholders u l-kumitati tar-Rabat li mar-residenti, iddiskutew il-proposta, il-kunċett, id-disinn u l-isfidi li joffri dan il-misraħ. “Ladarba jiġi fi tmiemu l-proċess ta’ konsultazzjoni u l-pjanti finali jkunu aċċettati, il-Ministeru għal Għawdex ikun jista’ jissottometti l-applikazzjonijiet mal-awtoritajiet konċernati. Il-proċess ta’ konsultazzjoni hu maħsub li jieħu madwar xahar”, spjegat il-Ministru Caruana.

    Filwaqt li ħeġġet lill-pubbliku biex iwessa’ s-suġġerimenti tiegħu, il-Ministru Justyne Caruana fakkret li dan il-proġett hu wieħed minn bosta oħrajn maħsuba biex jitjiebu l-aċċessibilità u l-infrastruttura tal-belt kapitali Għawdxija. Il-Ministru rreferiet ukoll għal żewġ studji li għaddejjin bħalissa - tar-ring road madwar ir-Rabat u li jiġu identifikati siti oħrajn għall-parkeġġ.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0