Premier: Valletta jirbħu logħba medjokri

  • Jan 13, 2018 19:53
  • Miktub minn iNews

    Ritratt: Dominic Borg

    Naxxar Lions …..….0

    Valletta ……………..1

    Goal uniku skorjat minn Santiago Malano f’nofs l-ewwel taqsima kien biż­żejjed biex Valletta jiksbu rebħa oħra li żżommhom qrib il-leaders Balzan fit-taqtiegħa għar-rebh tal-kam­pjonat.

    Kienet logħba medjokri li fiha ż-żewġ goalkeepers ftit li xejn kellhom x’jagħmlu hekk kif rajna lid-difensuri jiddo-minaw. Naxxar ma qagħdux lura fit-tentattiv li jirbħu xi ħaġa minn dan il-konfront tant li laqtu saħansitra l-lasta fit-tieni taq­sima. 

    Kienu Naxxar li ndirizzaw l-ewwel xutt għal-lasti permezz ta’ free-kick ta’ Messias li gie salvat minn Bonello.

    Valletta dejjem kellhom aktar mil-logħob u żbluk­kaw ir-riżultat fit-23 minuta permezz ta’ azzjoni tajba fuq il-lemin ta’ Pena Beltre li kkrossja għan-nofs u SANTIAGO MALANO ma falliex biex għeleb lil Nicht b’xutt mill-qrib.

    Fil-31 minuta, Valletta reggħu resqu qrib iżda Denni minn qagħda tajba ma laqatx il-ballun minn cross tad-debuttant Alba.

    Naxxar wieġbu bi freekick ta’ Messias li minnu Caetano xxuttja għoli minn qagħda tajba, filwaqt li qabel intemmet l-ewwel taqsima Moser ipprova jaħsad lil Henry Bonello b’xutt mill-bogħod li l-goalkeeper Belti salva b’diffikultá.

    It-tieni taqsima kienet ferm medjokri għal hafna ħinijiet bil-Beltin jidhru kuntenti li jamministraw il-vantaġġ minimu li kellhom.

    Naxxar tħabtu biex isalvaw ir-riżultat u resqu qrib fis-66 minuta meta Moser kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu salvata minn Bonello bil-ballun jaħbat mal-wieqfa minn cross ta’ Micallef.

    Min-naħa tagħhom Valletta heddew fil-75 minuta b’azzjoni tajba bejn Romau u Beltre imma l-konklużjoni bir-ras ta’ Prosa spiċċat tħak­kek mal-mimduda.

    Ċans iehor tajjeb għall-Beltin wasal fid-89 minuta imma s-sostitut Nwoko naqas li japprofitta wara żball rari tad-difiża tal-     Lions meta xxuttja dgħajjef minn qagħda tajba biex il-goalkeeper Nicht ma kellux diffikultá jikkontrolla.

    NAXXAR L.: 1-Christoph Nicht, 2-Rafael Santos Henriques Caetano, 3-Mailson Souza Duarte Junior, 7-Jean Diego Moser, 8-Ryan Grech, 9-Manolito Micallef, 11-Duane Bonnici, 15-Ryan Gilmour Cassar (10-Daren Falzon 65), 22-Matheus Verissimo Casarotto, 24-Elhadji Ousseynou Ndoye (23-Mark Fenech 84), 91-Yuri De Jesus Messias - Coach: Oliver Spiteri

    VALLETTA: 1-Henry Bonello, 4-Steve Borg, 5-Ryan Camilleri, 6-Juan Gill Cruz, 8-Santiago Malano, 9-Michael Mifsud (90-Romeu Pericles Romao 73), 16-Jean Borg, 18-Enmy Manuel Pena Beltre, 21-Denni Rocha dos Santos (24-Rowen Muscat 64), 27-Miguel Angel Alba (14-Kyrian Nwoko 82), 99-Albert Prosa  - Coach: Danilo Doncic

    REFEREE: Philip Farrugia

    ASS. REFEREES:Jurgen Spiteri, William Debattista

    RABA’ UFF: Jude Amin Utulu

    SKORER:S. Malago 23 (V)

    AMMONIT:R. Grech (NL)

    PLAYER TAL-LOGĦBA: Yuri De Jesus Messias (NL)

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0