83 pajjiż affettwati minn trab tal-ħalib ikkontaminat

  • Jan 14, 2018 09:00
  • Miktub minn iNews

    Aktar minn 12-il miljun kaxxa trab tal-ħalib f’madwar 83 pajjiż kienu ordnati li jiġu rritornati minħabba skandlu li jinvolvi l-kumpannija Franċiża Lactalis.

    Il-Kap Eżekuttiv ikkonferma dwar ir-riskju ta’ kontaminazzjoni mal-midja Franċiża.

    Il-prodotti kienu ordnati jiiġu rritornati sa minn Diċembru wara li li fil-fabbrika ġie skopert li hemm traċċi ta’ Salmonella.

    Ġenituri li qalu li uliedhom ħassewhom ma jifilħux wara li għamlu użu minn dawn il-prodotti mistennija jmexxu bi proċeduri legali kontra l-kumpannija.

    Il-Kumpanija kkonċernata hija waħda mill-akbar protutturi tal-prodotti tal-ħalib b’bejgħ annwali li jammonta għal madwar 17-il biljun Ewro.

    Is-sejħa għal dawn il-prodotti qiegħda tinħareġ għat-tielet darba u tkopri xelta ta’ prodotti li jinbiegħu taħt l-isem tal-istess kumpannija.

    Fost l-effetti tas-Salmonella dawk affettwati jistgħu ibatu minn diarrea, tqalligħ deidrazzjoni severa, tant li tista’ tkun ta’ theddida fuq il-ħajja għall-minuri.

    S’issa hemm 35 każ li kienu rrapurtati fi Franza u każ ieħor li kien ikkonfermat fi Spanja.

    Skont l-awtoritajiet Franċiżi hemm każ ieħor fil-Greċja li qiegħed ikun investigat.

    Il-kumpannija minn naħa tagħha qiegħda twiegħed li se tkun qiegħda tikkopera u tikkumpensa lill-familji affettwati.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0