FILMAT: "Għalina tfisser riklam sabiħ li kellna bżonnu"... Valletta 18 se tfisser kummerċ għal tan-negozji

  • Jan 14, 2018 10:20
  • Miktub minn Charlo Lautier
"

    Valletta 18 se tfisser kummerċ għal tan-negozji

     Filwaqt li ż-żmien qiegħed iktar joqrob lejn il-bidu taċ-ċelebrazzjonijiet biex Valletta tkun il-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura, dan is-sit tkellem ma’ bosta sidien li għandhom in-negozju tagħhom fl-istess lokalità.

    Tul il-mixja tagħna fit-toroq tal-belt, proprju f’kantuniera ma Strada San Paolo, ħarsitna waqgħet fuq wieħed mill-ftit negozji tradizzjonali li fadal f’pajjiżna, il-ħanut tal-ħwawar.

    Meta dħalna fil-ħanut ma stajnix ma nosservawx għexieren ta’ ħwawar friski kollha lesti ġo vażetti separati lesti biex jintiżnu għall-ħtieġa tal-parruċċani.

    Qalb ir-riħa pjaċevoli laqagħna l-propjetarju Johan Zammit fejn sostna li l-ħanut għadu jiffunzjona bl-istess mod li nfetaħ fis-sena 1888. Stqarr li l-ħanut minn dejjem kien tal-familja li baqa jintiret maż-żmien. Saħaq iżda li wisq jibża li t-tradizzjoni tista’ tintemm darba għal dejjem peress li t-tifel tiegħu m’għandu l-ebda ħeġġa jkompli dan il-mistier tal-familja.

    Spjegalna li fl-antik kienu jbiegħu biss ftit ħwawar pero maż-żmien żiedu bosta prodotti, minn lewż, essenzi u aktar. Qalilna li l-aktar ħaġa li tagħmlu partikolari minn ħwienet oħra hi dik li m’għandhom xejn ippakjat u persuna jista’ jixtri l-ħwawar friski li għandu bżonn bl-użin dak il-ħin.

    Dwar Valletta 18 sostna li hija opportunità tajba biex in-negozji partikolarment tal-belt jesebixxu l-prodotti tagħħom bil-għan li jiġġenera aktar kummerċ fil-futur.

    Sadanittant ħanut ieħor li żorna kien dak magħruf bħala Ta’ Galluwa tal-ħaxix li jinsab fi Strada Merkanti. Fredrick Caruana qalilna li ilhom joperaw in-negozju għal dawn l-aħħar 60 sena fil-belt. 

    Filwaqt li saħaq li permezz ta’ Valletta 18 se jiżdied il-kummerċ, spjega li l-iktar problema li jiltaqgħu magħha kemm tan-negozji kif ukoll ir-residenti fil-belt hija dik tal-parkeġġ.

    Morna fi Strada Merkanti fejn żorna ħanut li jbigħ il-ħelu. Mid-dehra oriġinali ta’ barra jixhed li dan il-ħanut ilu ħafna miftuħ bil-propjetarjà Jacqueline Schembri tispjegalna li n-negozju nfetaħ madwar 110 snin ilu. 

    Mistoqsija minn inewsmalta dwar Valletta 18 qaltilna li din se tfisser bħala riklam sabiħ ħafna kemm għal pajjiżna kif ukoll għal belt. Sostniet li peress li qed isiru ħafna innovinazzjonijiet u attivitajiet, il-kapitali tagħna kellha bżonnha.

    Schembri saħqet li qed tistenna aktar kummerċ bil-V18 għall-fatt li se jiżdiedu t-turisti li żgur se jiġġeneraw aktar kummerċ mis-soltu. Temmet tgħid li tispera li jekk jingħalqu xi toroq, għandhom jitħallew spazji neċessarji biex il-pubbliku jkun jista’ jaċċessa l-ħwienet b’mod normali u faċilment.

    Żorna wkoll ħanut ieħor tradizzjonali, magħruf bħala tal-buttuni li qiegħed fin-niżla tal-ganċ. Il-propjetarju Eric Galea qalilna li l-ħanut ilu miftuħ madwar 55 sena. Spjegalna li n-negozju bdieh missieru stess li dak iż-żmien kien jaħdem man-nanu pero ddeċieda li jiftaħ għal rasu. 

    Qalilna li l-mistier tagħhom huwa l-buttuni, suf, rix u affarijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ħjata tal-kostumi. Qal li huwa speċjalizzati anke f’bizzilla u bosta aċċessorji.

    Qalilna li permezz ta’ Valletta 18, l-belt ġiet bellezza pero għal negozji bħal tiegħu ma tantx se jara xi differenza fil-bejgħ għax skont hu, l-aktar li se jmorru tajjeb huma s-sidien tal-bars u ristoranti. Ikkonkluda billi qal li x-xogħol tal-ħanut tiegħu huwa kontinwu tul is-sena kollha.  

    Tkellimna wkoll ma l-arġentier Emanuel Caruana li ilu bin-negozju madwar 55 sena. Qalilna li x-xogħol tiegħu huwa dak li jagħmel id-deheb u l-fidda u anke jagħmel stimi tagħhom. 

    Caruana spjega li l-ħanut ilu jopera mis-sena 1909 fejn kien infetaħ min-nannu Salvatore. Qal li mbagħad dan baqa’ jintiret kemm minn missieru John u fil-preżent minnu stess.

    Qalilna li peress li d-deheb ma tantx baqa’ moda, l-parruċċani naqsu u għadu jżomm billi jbiegħ xi biċċa fidda u anke jagħmel it-tiswijiet. 

    Dwar Valletta 18 qalilna li dan huwa mument fejn din il-belt li fiha storja tkun rikonoxxuta kif jixirqilha. Stqarr li qed jistenna ċaqliqa wkoll fin-negozju għall-fatt li l-attivitajiet se jġibu bosta persuni kemm minn barra l-belt kif ukoll għadd ta’ turisti. 

    Ritratti u filmat: Alan Saliba 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0