Inawgurat boutique hotel f’ Ta’ Sannat

  • Jan 14, 2018 10:58
  • Miktub minn iNews

    Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana u l-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi inawguraw uffiċjalment il-Quaint Boutique Hotel li tinsab fir-raħal pittoresk Ta’ Sannat. Din hi lukanda oħra fil-katina ta’ lukandi li Quaint Boutique Hotels qed jiftħu fil-pjazez ewlenin f’Għawdex.

    Il-lukanda f’ Ta’ Sannat tinkludi 13-il kamra waqt li komplessivament din il-katina ta’ proġetti se tkun qed iżżid 47-il akkomodazzjoni ġdida f’Għawdex. Apparti dan hemm il-ħsieb ukoll li fil-futur jiżdiedu 4 lukandi oħra simili.

    Dan l-investiment privat jawgura tajjeb mal-aħħar statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika fejn in-numru ta’ nies li qattgħu iktar min lejl wiħed ta’ akkomodazzjoni f’Għawdex żdied b’14,697 ikkumparat mal-istess perjodu tas-sena l-oħra.

    Il-Ministru għal Għawdex qalet kif l-għan tal-Gvern huwa li jkompli joħloq l-ambjent ġust sabiex dejjem ikompli jitkattar aktar investiment privat li jkun wieħed sostenibbli. Justyne Caruana semmiet l-inċentivi fisklai li ħabbar il-Gvern waqt l-aħħar budget li huma speċifikament immirati li jkomplu jassistu l-intraprenditur Għawdxin biex jinvestu u joħolqu aktar postijiet ta’ xogħol.

    Il-Ministru Caruana semmiet ukoll il-ħidma li għaddejja biex l-infrastruttura fil-gżira tkompli titjieb u tikkumplimenta mal-investiment li qed isir mis-settur privat. Fost il-proġetti ambizzjużi, il-Ministru Caruana semmiet ir-riġenerazzjoni ta’ żewġ pjazez ewlenin u li se jibdew id-diskusjonijiet biex tiġi riġenerata wkoll l-pjazza tar-raħal Ta’ Sannat.  

    Il Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li fid-dawl taż-żieda fid-dħul ta’ turisti f’dawn l-aħħar snin, dan il-Gvern kommess li jkompli joffri prodott Malti ta’ kwalità sabiex inkomplu noffru esperjenzi pożittivi għat-turisti li jżuru pajjiżna. Investimenti simili jirriflettu l-ottimiżmu li hawn f’din l-industrija u jikkonfermaw li d-domanda qed tiżdied. Il-boutique hotels qegħdin jikbru fil-popolarità, u għalhekk il-Ministru awgura li jkun hemm aktar inizjattivi simili li jikkontribwixxu f’firxa aktar wiesgħa u diversifikata tal-prodott turistiku Malti.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0