Il-Prim Ministru bi twissija għall-piloti tal-ajru

  • Jan 14, 2018 11:39
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Prim Ministru Joseph Muscat wissa lill-piloti tal-ajru li jekk ma jaċċettawx il-pakkett offrut lilu kellu lest triq oħra għall-Airmalta waqt li anke iddikjara li l-Gvern kien lest jieħu passi legali.

    Waqt li kien qed jindirizza attivita politika fiċ-ċentru Laburista ta' Birkirkara, Muscat żvela kif il-Gvern offra żidiet sa €72,000 fuq ħames snin għall-piloti fi grad ta' First Officer u sa €105,000 għal dawk fi grad ta' kaptana.

    Huwa sostna li kulma talab il-Gvern kien li jtiru aktar fejn semma kif waqt li l-industrija tal-avjazzjoni tgħid li l-piloti jistgħu jtiru sa 100 siegħa fil-ġimgħa, dawk tal-Airmalta jtiru 50 siegħa. 

    Waqt li saħaq li huwa ma kienx qed jistenna li jtiru 100 siegħa, Muscat qal li jippretendi li jtiru mas-70 siegħa fuq żieda fit-rotot u rotot ġodda ntiżi biex l-Airmalta tikber.

    Muscat sostna li huwa ma kienx ottimisti li t-Tnejn il-piloti jivvotaw favur il-pakkett offrut lilhom madankollu nsista li kulħadd irid jerfa r-responsabbilta ta' għemilu u nsista li mhux se jaċċetta li jkun hemm min iwaqqaf il-bidla fil-prattiċi.

    Il-Prim Ministru qal li huwa kien imwissi li fil-passat ħadd ma ġabha żewġ mal-piloti tal-ajru u l-Gvern dejjem kellu jċedi magħhom imma għamilha ċara li "din id-darba rrukkaw" u l-Gvern ma kienx lest li ħaddiema jiġu privileġġjati fuq oħrajn li diġa aċċettaw l-pakkett offrut lilhom.

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0