ARA: Attendenza sabiħa għat-tberik tal-annimali waqt il-festa ta' Sant Anton Abbati

  • Jan 14, 2018 12:15
  • Miktub minn iNews

    Minkejja t-temp imsaħħab ta’ dalgħodu, folla sabiħa nġabret biex tiċċelebra t-tberik tal-annimali fir-Rabat.

    Xena mhux tas-soltu għal-limiti tas-Saqqajja hekk kif fi triq ħielsa mit-traffiku u l-konfużjoni tal-ħajja mgħaġġla, fi vjal Santu Wistin bosta kienu dawk li nġabru biex ikomplu t-tradizzjoni tal-Festa ta’ Sant Anton Abbati.

    Din il-festa tmur lura għall-żmien l-Ordni ta’ San Ġwann meta l-Gran Mastru kien jibgħat il-bhejjem tiegħu biex jitbierku. Il-ħajja ta’ Sant Anton hija xhieda tar-rabta li dan il-qaddis kellu mal-annimali. Jingħad li dan il-qaddis għex ħajja bħala eremita u li kien ibierek l-annimali li kien jiltaqa’ magħhom fil-vjaġġ tiegħu. 

    Fost l-annimali li tressqu lejn l-entratura tal-knisja ta’ San Mark kien hemm pagun li seraq l-attenzjoni ta’ dawk preżenti minkejja l-preżenza ta’ klieb, fkieren, fniek, ponijiet u ħmir fost annimali oħra.

    Ritratti: Alan Saliba

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0