Persuna tinqabad f'vettura wara ħabta bejn żewġ vetturi

  • Jan 14, 2018 13:44
  • Miktub minn iNews

    Dan is-sit jinsab infurmat li aktar kmieni għall-ħabta ta’ 12.37 p.m seħħ inċident fi Triq Mons Mikiel Azzopardi fis-Siġġiewi li seta’ kellu eżitu ferm ikreh minn dak li verament kien hemm.

    Jidher li l-impatt seħħ bejn vann Izuzu KB misjuq minn raġel ta’ 25 sena u Renault Megane misjuqa minn mara residenti ż-Żurrieq.

    Fuq il-post issejjħu membri mid-Dipartiment tal-protezzjoni Ċivili li kellhom jaqtgħu xi partijiet minn waħda mill-vetturi.

    Dan is-sit jinsab infurmat li għalkemm fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanzi biedx jassistu lil dawn involuti dawn irrifjutaw illi jittieħdu l-isptar għal aktar kura.

    Ritratt: It-Torċa

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook