inewsmalta.com



Il-kumpanija Coca-Cola tħabbar pjan globali ġdid bit-tema “noħolqu dinja mingħajr skart”

  • Jan 21, 2018 18:47
  • Miktub minn iNews

    Il-kumpanija qed timmira li tibda tiġbor u tirriċikla flixkun għal kull wieħed li tbigħ sal-2030

    Il-kumpanija Coca-Cola ħabbret illum li qiegħda tfassal mill-ġdid l-approċċ tagħha għall-imballaġġ, b'għan globali li tgħin biex tiġbor u tirriċikla l-ekwivalenti ta' 100% tal-imballaġġ li tipproduċi sal-2030. Dan l-għan huwa l-qofol tal-viżjoni ġdida tal-kumpanija Coca-Cola, li bi ħsiebha tinvesti iktar sabiex sal-2030 l-imballaġġ tagħha ikun kollu riċiklabbli.  

    "Id-dinja għandha problema bl-ammont ta’ skart li jipproduci l-imballaġġ u bħall-kumpaniji kollha, għandna r-responsabbiltà li ngħinu biex insolvuha," qal James Quincey, President u CEO ta' The Coca-Cola Company. "Permezz tal-viżjoni tagħna “Dinja Mingħajr Skart”, qed ninvestu fil-pjaneta tagħna u fl-imballaġġ tagħna biex ngħinu biex din il-problema tkun ħaġa tal-passat."

    Il-Kumpanija u l-imsieħba tal-ibbottiljar tagħha qed isegwu bosta għanijiet ewlenin:

    • Ninvestu fil-pjaneta:

    Il-Kumpanija qed timmira li tibda tiġbor u tirriċikla flixkun għal kull wieħed li tbigħ sal-2030.  Bħala kumpanija ser tappoġġja il-ġbir tal-ippakkjar madwar l-industrija, inklużi l-fliexken u laned minn kumpaniji oħra. Is-sistema Coca-Cola taħdem ma' komunitajiet lokali, imsieħba industrijali, klijenti u konsumaturi biex tgħin tindirizza kwistjonijiet bħall-iskart tal-ippakkjar u l-iskart li jispicca fil-baħar.

    • Ninvestu fl-imballaġġ:

    Biex tilħaq dan il-għan, il-kumpanija Coca-Cola qed tkompli taħdem biex tagħmel l-ippakkjar kollu tagħha 100% riċiklabbli globalment. Il-Kumpanija qed izzid, b’mod sostanzjali, l-uzu ta’ prodotti riċiklabbli sabiex tipproduċi il-fliexken tagħha.  Din l-istrateġija hija parti mill-viżżjoni totali tal-kumpanija dwar is-sostenibbilta’.   Eżempju ta’ dan hija il-mira tal-kumpanija li tissuplimenta lura lill-komunitajiet l-ilma użat sabiex tipproduċi ix-xarbiet tagħha.  Din il-mira intlaħqet fl-2015, ħames snin qabel id-data stabbilita.

    "Il-fliexken u l-bottijiet m'għandhomx jagħmlu ħsara lill-pjaneta tagħna, u dinja ħielsa mill-iskart hija possibbli", qal Quincey. "Kumpaniji bħal tagħna għandhom ikunu protagonisti sabiex nagħmlu din ir-realta’ possibbli. Il-konsumaturi madwar id-dinja huma konxji dwar l-ambjent u jistennew li l-kumpaniji bħal tagħna, jieħdu azzjoni. Dak hu eżattament dak li se nagħmlu, u nistiednu lill-kumpaniji oħrajn biex jingħaqdu magħna f'din l-inizzjattiva."

    "Aħna nilqgħu din l-inizjattiva globali mill-Kumpanija Coca-Cola u GSD Marketing Ltd se tikkontribwixxi biex jintlaħaq dan l-għan lokalment. Bħala sistema ilna naħdmu ma' partijiet interessati lokali u internazzjonali għal ħafna snin biex nippromwovu r-rimi responsabbli ta' l-iskart ta 'l-imballaġġ tagħna.  Il-viżjoni għan-negozju tagħna hija sempliċi: l-imballaġġ tagħna huwa riżors prezzjuż u naħdmu kontinwament biex niżguraw li ħafna minnu jiġi rkuprat wara l-użu u riċiklat.'' qalet Maria Micallef, COO ta' GSD Marketing Ltd.

    Il-kumpanija Coca-Cola se taħdem biex tikseb dawn l-għanijiet bl-għajnuna ta' bosta msieħba globali fosthom mal-Fondazzjoni Ellen MacArthur, The Ocean Conservancy / Trash Free Seas Alliance u World Wildlife Fund.  Il-Kumpanija Coca-Cola se taħdem ukoll ma’ imsieħba ġodda fuq livell reġjonali u lokali u taħdem ukoll mall-klijenti ewlenin sabiex tippromwovi ir-riċiklaġġ mal-konsumaturi tagħha.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook