'Destination Hamrun' - wirja dwar l-istorja tal-ferrovija f'Malta

  • Jan 26, 2018 14:54
  • Miktub minn iNews

    'Destinazzjoni Ħamrun' hija esibizzjoni li ser titella' fl-istazzjon tal-ferrovija tal-Ħamrun matul dan tmiem il-ġimgħa. Din hija esebizzjoni dwar il-ferrovija ta’ Malta jew aħjar 'il-Vapur Tal-Art'.

    Dan is-servizz beda fit-28 ta’ Frar 1883 u ntemm fil-31 ta’ Marzu tal-1931. Għalhekk cin is-sena 2018 il-Malta Railway Foundation qed tikkomemora il-135 anniversarju mill- bidu tal-ferrovija ta’ Malta.

    Għaldaqstant l-istess fondazzjoni qed torganizza din il-wirja għal pubbliku fl-Istazzjon tal-Ħamrun li fiż-żmien kien kumpless importanti ħafna għal dan il-mezz ta’ transport. Is-servizz kien jgħaqqad iż-żewg ibliet ewlenin, dik antika tal-Imdina u il-Belt Valletta li din is-sena hija il-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura 2018. 

    Fil-Kumpless tal-Ħamrun kien hemm diversi workshops li fihom kinet issir il-manutenzjoni kemm tal-magni kif ukoll tal-vaguni nnifishom. Hawnekk twaqfet l-ewwel skola tas-snajja magħrufa bħala Nixon’s School. Hawn kien issir it-taħrig tal-bugħaddasa fil-pool li hemm f’dan il kumpless. Kien hemm numru ta’ mħażen fejn il-magni u l-vaguni kienu jitpoġġew għal matul il-lejl. Dawn kienu jissejhu Sheds.

    Waqt din il-wirja wieħed jista jsib, mudell ta’ dan il-kumpless bil-ferrovija tahdem u ttella' d-duħħan. Mudelli ta’  stazzjonijiet oħra flimkien ma' mudelli mdaqsin ta' magni u numru tal-Vapur Tal-Art.

    Id-dħul għal din il-wirja huwa bla ħlas u tkun miftuha għada s-Sibt 27 ta’Jannar mill 10:00 sa 20:30 u il-Ħadd mill-10:00 sa 20:00. Għal aktar informazzjoni tista tirrikorri fuq il-paġna ta' The Malta Railway Foundation.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook