Il-GWU tippreżenta l-proposti tagħha għall-ftehim settorjali ġdid għall-Uffiċjali Korrettivi fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin

  • Jan 29, 2018 09:16
  • Miktub minn iNews
"

    Wara li f’Ottubru tas-sena l-oħra l-GWU kisbet ir-rikonoxximent biex tirrapreżenta lill-uffiċjali korrettivi ġewwa l-Faċilità Korrettiva, illum ippreżentat il-proposti tagħha sabiex jinbeda l-proċess ta’ negozjati għall-ftehim settorjali ġdid għall-istess settur ta’ ħaddiema.

    Fost il-proposti tagħha l-GWU qed titlob li l-Uffiċjali Korrettivi jipprogressaw aktar malajr, li jinħolqu gradi ġodda sabiex dawk l-aktar li jippromettu jkunu jistgħu javvanzaw il-gradi, li r-rata fis-siegħa tirrifletti l-40 siegħa xogħol, li r-rata tas-sahra tibda wara l-40 siegħa xogħol fil-ġimgħa, li l-benefiċċji kollha tal-PSMC għandhom japplika għalihom wkoll, li jkun hemm revizzjoni sħiħa tal-allowances u jidħlu allowances u bonuses ġodda, li tiġi aġġustata l-pensjoni u diversi miżuri oħrajn li jirriflettu ż-żmenijiet tal-lum.

    Il-kundizzjonijiet li bħalissa qed jirregolaw lill-uffiċjali korrettivi kienu saru f’Mejju tas-sena 1994 b’dokument imsejjaħ New Salaries and Conditions of Service of the Correctional Services Class u daħlu mingħajr qatt ma kienu ġew konsultati r-rappreżentanti tal-istess uffiċjali korrettivi. Fost l-aktar kundizzjonijiet diskriminatorji wieħed isib dik li kull uffiċjal korrettiv irid jaħdem 46 siegħa fil-ġimgħa u jitħallas ta’ 40 siegħa, kif ukoll allowances li jeħduha biss uffiċjali korrettivi li qegħdin f’sezzjoni skont kif elenkat fl-istess dokument.

    F’Ġunju tas-sena l-oħra l-GWU organizzat elezzjoni sabiex jiġi elett kumitat għall-uffiċjali korrettivi fi ħdanha fejn ġew eletti total ta’ disa’ (9) membri. Minnufih wara li ġie elett il-kumitat bdew jinġabru l-proposti minn fost il-ħaddiema liema proposti baqgħu jinġabru sal-aħħar t’Ottubru. Wara li ġew identifikati l-aktar proposti li l-ħaddiema xtaqu li jidħlu fis-seħħ, dawn ġew miġbura f’dokument wieħed u llum ġew ippreżentati lill-awtoritajiet konċernati biex jibda l-proċess ta’ negozjati.

    Is-Segretarju Forzi Dixxiplinati, Uffiċjali tas-Sigurtà u tal-Infurzar tal-Liġi Theo Vella xtaq jirringrazzja lil dawk kollha nvoluti sabiex seta’ jiġi mfassal id-dokument bil-proposti, kemm dawk il-membri li taw il-kontribut tagħhom, iżda partikolarment lill-kumitat elett. Il-membri tal-kumitat elett huma: Buttigieg Emmalyn, Buttigieg Noel, Cuschieri Daniel, Falzon Raymond, Galea Helenio, Galea Victor, Mallia Ronald, Tabone Carmel u Vassallo Alison. 

    Vella saħaq li meta l-GWU kisbet ir-rikonoxximent f’Ottubru li għadda l-unjin kellha ftit aktar minn 57% tal-uffiċjali msieħba fi ħdanha, filwaqt li llum is-sħubija hija aktar minn 65%. Inkoraġġanti wkoll kien il-fatt li aktar minn 80% ta’ dawk l-uffiċjali korrettivi li ħadu l-ġurament is-Sibt li għadda wkoll issieħbu fi ħdanha u dan jindika ċar li l-Uffiċjali Korrettivi qed japprezzaw il-ħidma li qed twettaq l-unjin għalihom. Minkejja dan is-suċċess Vella jappella lil dawk li sal-lum għadhom ma sseħbux biex huma wkoll jersqu ‘l quddiem u jissieħbu. Dan jistgħu jagħmluh billi javviċinaw lil xi membru tal-kumitat elett jew jagħmlu kuntatt miegħu personali fuq l-email tvella@gwu.org.mt.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0