Studenti tal-Giovanni Curmi Higher Secondary fost 485 student Ewropew għall-Euroscola

  • Jan 29, 2018 09:13
  • Miktub minn iNews
"

    24 student li jattendu l-Giovanni Curmi Higher Secondary School tan-Naxxar ħadu sehem fil-proġett Euroscola li sar fil-bini tal-Parlament Ewropew fi Strasbourg.  Permezz ta’ dan il-proġett huma ħadu sehem attiv f’dibattiti dwar temi relatati mal-ħidma tal-Unjoni Ewropea fosthom l-ambjent, il-migrazzjoni, ix-xogħol u ż-żgħażagħ, id-drittijiet tal-bniedem, il-kultura, l-iżvilupp sostenibbli u l-futur tal-Unjoni Ewropea. 

    L-istudenti Maltin kienu fost 485 student ieħor  tal-eta’ tagħhom minn 20 pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea. Id-dibattiti saru kollha fil-hemicycle, fejn normalment jiltaqgħu il-membri parlamentari Ewropej għas-sessjoni plenarja. Bħall-membri parlamentari ewropej, huma vvutaw għal proposti mressqa minnhom u minn sħabhom.

    L-istudenti tal-Higher Secondary kellhom laqgħa mal-Ambaxxatur Joseph Filletti fil-Kunsill tal-Ewropa.  Huwa spjega l-operat ta’ dan il-kunsill, id-differenza bejn il-Kusill tal-Ewropa u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.  Il-grupp żar ukoll l-ibliet ta’ Strasbourg u Colmar.

    L-istudenti intgħażlu b’eżami organizzat mir-Rappreżentanza tal- Parlament Ewropew f’Malta.  Huma kienu akkumpanjati mill-għalliema tagħhom Ryan Portelli, Marouska Vella u Piera Xuereb.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0