ARA: Imam jippermetti li jiġi ffilmjat waqt li jwettaq rit ta' eżorċiżmu Musulman

  • Fra 02, 2018 19:28
  • Miktub minn iNews
"

    Imam Brittaniku ppermetta lilu nnifsu jkun iffilmjat  f’moskea f’Sheffield waqt li jwettaq rit ta’ eżorċiżmu Musulman fuq mara mhux miżżewġa. Iċ-ċerimonja kienet waħda fost eluf li jitwettqu kull sena fir-Renju Unit fejn l-imam ikeċċu lill-ispirti ħżiena mill-irġiel jew nisa li huma jemmnu li jkunu jgħixu fihom.

    Fil-filmat mara Musulmana liebsa l-burqa u b’wiċċha mgħotti tidher tfittex l-għajnuna biex teħles mill-ispirti li hija temmen li tpoġġew fiha bil-maġija sewda.

    Il-mara ta’ 29 sena qalet li s-saħta li tpoġġiet fuqha kienet qed tikkaġunalha problemi mediċi li t-tobba konvenzjonali ma setgħux ifejqu.

    Hija qalet li s-sintomi jinkludu dardir, uġigħ f’ġufha, nuqqas ta’ rqad, uġigħ ta’ ras, uġigħ f’daharha u memorja ħażina. Qalet ukoll li spiss tinħakem minn rabja għal xejn b’xejn u tinfexx twerżaq għall-ebda raġuni ta’ xejn.

    Fil-filmat il-mara tidher titbandal ’il quddiem u lura hekk kif l-Imam Ayoub Tayeb ikanta vrus mill-Quran biex jeħlisha mill-ispirtu ħażin.

    Hekk kif Imam Ayoub jidher jgħajjat aktar mal-ispirtu fil-mara, il-mara tidher titbiegħed lejn it-tarf tas-sufan bħal donnha qed tipprova taħrab. Saħansitra tidher tagħti bla ebda kontroll filwaqt li tibda twerżaq, u anke taqbad mejda b’mod vjolenti. L-Imam jidher jintervjeni f’dan il-mument u jitfagħlha f’wiċċha ilma mbierek biex jikkontrolla lill-ispirtu ħażin.

    Matul l-aħħar tliet snin Imam Ayoub, li għandu 42 sena, wettaq madwar 3,000 rit ta’ eżorċiżmu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0