Premier: Gzira United miżmuma minn St Andrew's

  • Fra 02, 2018 22:47
  • Miktub minn iNews

    Ritratt: Dominic Borg

    Gzira United …….1

    St Andrew’s ……..1

    Gzira United qalgħu daqqa ta’ ħarta fit-tentattiv li jkomplu jisfidaw għal post fil-kompetizzjoni tal-UEFA Europa League meta fallew żewġ punti importanti fi draw ta’ 1-1 kontra St Andrew’s li min-naħa tagħhom tbiegħdu xi ftit miż-żona l-ħamra. 

    L-ewwel azzjoni denja tal-logħba waslet min-naħa ta’ Gzira United meta, fit-13-il minuta, meta l-cross-shot ta’ Haruna Garba ġie nterċettat mill-goalkeeper ta’ St Andrew’s, Matthew Calleja Cremona.

    Fl-20 minuta, Amadou Samb kien għoddu ħasad lil Calleja Cremona meta pprova jikkonkludi minn cross insidjuż ta’ Sacha Borg iżda d-daqqa ta’ ras tiegħu għaddiet ftit barra.

    Tmien minuti wara, kien imiss lil Andrew Cohen li resaq viċin li jiftaħ l-iskor għall-Maroons meta t-tentattiv tiegħu, wara corner ta’ Rode-rick Briffa, għadda jħakkek mal-lasta.

    Minuta wara, l-istess Cohen ġiegħel lil Calleja Cremona jwettaq save tajjeb meta dawwar għal corner ix-xutt qawwi minn barra l-kaxxa u minuta wara għamel l-istess fuq tentattiv ta’ Avila Perez. 

    L-ewwel azzjoni ta’ St Andrew’s waslet, fid-39 minuta, meta l-free-kick ta’ Joseph Farrugia ħabat mal-barriera u spiċċa għoli.

    Fil-bidu tat-tieni taqsima Gzira fallew ċans tajjeb li jiftħu l-iskor meta wara taħwida li nqagħlet quddiem il-lasti ta’ Calleja Cremona spiċċat biex Ndubisi Okoye għamel l-impossibbli u xeħet għoli.

    Fit-62 minuta, St Andrew’s fetħu l-iskor minn KEMAR REID li wara li rċieva mingħand Joseph Far­rugia, niżżel il-ballun b’sidru qabel ma fajjar xutt bid-dawra biex għeleb lil Anthony Curmi.

    Fid-69 minuta, Gzira kie­nu sfortunati meta d-daqqa ta’ ras Garba ħabtet mal-mimduda. Għaxar minuti wara, kien imiss lil Martin Davis ta’ St Andrew’s li jiġi mċaħħad mil-lasta.

    Fid-79 minuta, Gzira kisbu d-draw meta ngħataw penalty wara li Haruna Garba twaqqa’ fil-kaxxa ... u mill-11-il metru AMADOU SAMB ma żbaljax.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook