Sketch “redikola” tal-Pulizija twassal biex jiġi identifikat ħalliel!

  • Fra 08, 2018 16:50
  • Miktub minn iNews
"

    Sketch ta’ suspettat involut f’reat fl-Istati Uniti, li spiċċat fil-mira ta’ żufjett kaġun tas-simpliċità tagħha, mhux biss kienet effikaċi iżda saħansitra wasslet biex isir magħruf l-identità tas-suspettat. Grazzi għat-tpinġija “sempliċi” bbażata mid-deskrizzjoni ta’ wieħed mix-xhieda, Hung Phuoc Nguyen, ta’ 44 sena, għalkemm għadu maħrub qed jiffaċċja żewġ kapi ta’ akkuża ta’ serq f’Lancaster, Pennsylvania.

    Uffiċjali mill-Pulizija ta’ Lancaster qalu li filwaqt li t-tpinġija tas-suspettat provduta mix-xhud għall-ewwel dehret bħala waħda dilettanteska, din wasslet għal mill-inqas investigatur wieħed biex jidentifika s-suspettat.

    Nguyen qed ikun suspettat li impersonifika bejjiegħ u seraq flus fis-suq ċentrali ta’ Lancaster waqt li impjegat ma kienx aljenat.

    Ir-raġel kien deskritt bħala li huwa raġel ta’ bejn 3- u 40 sena, twil ħames piedi u erba’ pulzieri, irqiq, u possibbilment ta’ dixxendenza min-Nofsinhar tal-Istati Uniti jew Ażjatika. Jidher li għall-ewwel in-nies bdew jieħdu b’żufjett l-isketch li kien ippubblikat mill-Pulizija, madankollu l-Korp ta’ Lancaster aċċerta li dan ma kienx il-każ.

    L-awtoritajiet ta’ Lancaster ħarġu mandat ta’ arrest għal Nguyen, madankollu għadu mhux magħruf fejn jista’ jinsab.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0