Il-Korea ta' Fuq turi l-qawwa militari tagħha inqas minn 24 siegħa qabel il-ftuħ tal-Logħob Olimpiku xitwi

  • Fra 09, 2018 10:46
  • Miktub minn iNews

    Hekk kif illum mistenni li jingħata bidu għal-Logħob Olimpiku tax-xitwa, matul il-jum tal-bieraħ il-Korea ta’ Fuq għamlet parata militari fil-Pjazza ta’ Kim Il Sung, b’eluf ta’ suldati jieħdu sehem biex juru l-qawwa militari tal-pajjiż.

    Kim Jokng Un deher liebes ġlekk twil iswed hekk kif mexa t-tul tat-tapit flimkien ma’ martu fil-bidu tal-parata. Għal dan l-avveniment ma kienet preżenti l-ebda mill-midja internazzjonali.

    F’diskors trasmess fuq it-televiżjoni, Kim Jong Un qal li l-parata turi li l-Korea ta’ Fuq illum għandha titqies bħala qawwa militari dinjija, minkejja li kellha tiffaċċja l-agħar sanzjonijiet.

    Fl-istess waqt huwa ordna lill-militar tiegħu biex iżomm livell għoli ta’ preparazzjoni għall-ġlied fil-konfront tal-Istati Uniti u s-segwaċi tagħha.

    Fid-diskors imxandar, Kim ma jagħmel l-ebda referenza għal-Logħob Olimpiku, għalkemm għadu mhux ċar dwawr jekk il-Korea ta’ Fuq xandritx id-diskors tiegħu b’mod sħiħ.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook