inewsmalta.com



L-MCAST iwaqqa’ l-każ kontra l-MUT … l-MUT tgħid li l-maskra tal-MCAST issa waqgħet

  • Fra 09, 2018 15:09
  • Miktub minn iNews

    Wara li l-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u t-Teknoloġija (MCAST) waqqa’ l-każ li fetaħ kontra l-Unjin Maltija tal-Għalliema (MUT), dan l-iżvolġiment qanqal risposta min-naħa tal-MUT li saħqet li issa l-maskra tal-MCAST issa waqgħet.

    L-MCAST qal li dan għamlitu bħala “ġest ta’ rieda tajba min-naħa tagħha” u biex jinkiseb progress fuq il-kwistjonijiet pendenti.

    Il-Kulleġġ insista fuq l-impenn tiegħu li lest jiltaqa’ mal-MUT biex ikomplu d-diskussjonijiet u fl-istess waqt sejjaħ lill-istakeholders kollha biex jikkollaboraw flimkien fl-interess tal-istudenti u l-edukaturi. 

    Semma wkoll li diġa’ offra “pakkett tajjeb ħafna” biex il-kundizzjonijiet tal-istaff akkademiku jitjiebu. 

    B’reazzjoni, l-MUT qalet fi stqarrija li “din hija mossa li turi kemm l-MCAST ma kellhom l-ebda argument u kienet biss tattika biex ikaxkru saqajhom għad-detriment tal-edukaturi, li bħalissa jinsabu b'moral baxx kemm għall-kundizzjonijiet li għandhom u minħabba dawn it-tattiċi li jikxfu kemm l-MCAST qegħda tagħmel manuvri sovversivi għad-detriment tagħhom u fl-aħħar mill-aħħar għall-istudenti. Dan juri biċ-ċar li l-maskra tal-MCAST issa waqgħet.”

    L-MUT żiedet tgħid li l-MCAST m'hi fl-ebda pożizzjoni li tagħmel kundizzjonijiet wara li tilfet kull kredibilità b'tattiċi infantili li ma jagħmlu ġieħ lill-ebda istituzzjoni, wisq aktar waħda edukattiva li taspira li tkun Università, speċjalment kundizzjonijiet li bihom jixxekklu d-drittijiet trejdjunonistiċi tal-ħaddiema tagħha. 

    “Filwaqt li l-MUT irċiviet in-notifika li l-MCAST ser jirtira l-mandat, ma kien hemm l-ebda kommunikazzjoni bejn l-MUT u l-MCAST  f'dan ir-rigward u l-irtirar kienet deċiżjoni li l-MCAST ħaditha waħedha. L-MUT tirriserva d-dritt li terġa' tħabbar l-azzjonijiet industrijali, liema dritt ipprova jittieħed mill-MCAST,” temmet tgħid l-MUT.

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook