inewsmalta.com



Somalu mixli bil-pussess tad-droga

  • Fra 09, 2018 18:12
  • Miktub minn iNews

    Somalu ta’ 23 sena, li m’għandux residenza fissa, baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie mixli li kellu fil-pussess tiegħu d-droga kannabis, liema droga nstabet f’ċirkostanzi li juru li ma kinitx għall-użu esklussiv tiegħu.

    Abdulahi Hassan Ali kien arrestat nhar il-Ħamis li għadda għall-ħabta tas-7.00 p.,m., wara li l-Pulizija, waqt li kienet qed tagħmel ronda ġewwa Xatt il-Mollijiet fil-Marsa, lemħuh jarmi pakkett mal-art li allegatament kien fih id-droga.

    Huwa tressaq quddiem il-Qorti u baqa’ jinżamm taħt arrest preventiv wara li ma saritx talba għall-ħelsien mill-arrest tiegħu.

    Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Jeffrey Scicluna filwaqt li l-imputat kien assistit mill-Avukat tal-għajnuna legali Simon Micallef Stafrace.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook