RITRATTI: Mara Ġappuniża tippubblika ritratti xokkanti ta' kif kienet spiċċat kaġun tal-abbużi fiżiċi ta' nannuha

  • Fra 09, 2018 20:00
  • Miktub minn iNews

    Mara Ġappuniża li qed tisħaq li rnexxilha tgħix għal snin sħaħ taħt l-abbuż ta’ nannuha, ippubblikat ritratti ta’ meta kienet tiżen biss 16.8 kilogrammi. F’sensiela ta’ messaġġi fuq il-profil tagħha ta’ Twitter, iż-żagħżugħa żvelat kif nannuha kien jirrifjuta li jagħtiha x’tiekol, u anke kien jissottomettiha għal abbuż fiżiku meta kien jaqbadha tiekol.

    F’ritratti li ttieħdu ftit qabel ma ddaħħlet l-isptar għall-kura għaxar snin ilu, il-mara minn Kyoto turi kif dan l-abbuż kien wassalha biex tidher għadma u ġilda, b’kull għadma f’ġisimha mqabbża ’l barra.

    Il-mara ddeskriviet kif meta kienet qed tgħix flimkien ma’ nannuha, aktar minn għaxar snin ilu, huwa kien deliberatament iħalliha bil-ġuħ. F’wieħed mill-messaġġi tagħha hija kitbet kif nannuha bl-ebda mod ma kien jippermettilha tiekol, u anke kien jagħtiha daqqiet ta’ sieq vjolenti f’żaqqha, jew saħsnitra jġegħelha tobżoq l-ikel, kull darba li jaqbadha li tkun kielet b’mod sigriet.

    fl-aħħar mill-aħħar snin sħaħ ta’ abbuż wassluha biex tiżen biss 16.8 kilogrammi.

    Permezz tal-kummenti tagħha, hija ħeġġet lil kull min qed ibati minn abbuż simili, jew anke problemi ta’ saħħa bħal anoressija jew bulimja, biex ifittxu l-għajnuna qabel ikun tard wisq.

    Meta ġiet salvata, l-esperti kienu qalulha li kienet tinsab ftit minuti biss ’il bogħod mill-mewt.

    Il-mara, li llum il-ġurnata għandha fuq l-20 sena  irnexxilha tirkupra saħħitha u llum tgawdi minn piż san. Hija ma tat l-ebda informazzjoni dwar jekk ittiħdux azzjonijiet fil-konfront ta’ nannuha jew ta’ qarib ieħor tagħha.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0