inewsmalta.com



Tawha parir biex tagħmel abort … illum omm kuntenta

  • Fra 10, 2018 13:18
  • Miktub minn iNews

    L-aħbar li koppja tkun qed tistenna tarbija hi aħbar li tintlaqa’ b’ferħ. Ferħ u stennija għat-twelid ta’ dik it-tarbija. F’din is-sitwazzjoni kienu Melissa u s-sieħeb tagħha Dave. Imma, il-koppja sabu intopp ftit wara li ħarġet tqila. Kien intopp kbir. Aħbar li qatt ma stennewha. Aħbar li ħawdithom u ġagħlithom jirriflettu fuq x’kellhom jagħmlu.

    Melissa ġiet infurmata li kellha kanċer. F’stiwazzjoni simili x’tagħmel? Tkompli bit-tqala? Tkun lesta tmur kontra l-pariri mediċi u ma tagħmilx abort? Tkun lesta li tisfida l-pariri mediċi? Melissa ddeċidiet li tinjora dak li qalulha u twelled xorta. 

    Dave Good is-sieħeb tagħha jgħid li “tgħidx kemm konna eċitati meta ngħatajna l-aħbar li Melissa kienet tqila. Bdejna naħsbu kif se nqattgħu ħajjitna flimkien ma’ din it-tarbija. Imma f’daqqa waħda jinbidel kollox. Wara 14-il ġimgħa tqala. Melissa rat xi demm. Bdew it-testijiet u saret biopsy. Kienu jiem li rajna qishom xhur. F’kull ġurnata kull darba li jdoqq it-telefon konna nimtlew b’tensjoni. L-urġenza kibret. Melissa tirċievi voice mail minn wieħed mit-tobba. Ma riditx iċċempillu lura. Konna ppreparati għall-aħbar imma xorta kienet aħbar xokkanti,” jgħid is-sieħeb tagħha.

    Ilkompli jgħid li “nirċievu l-aħbar li Melissa kellha kanċer. Inbidel b’mod drastiku il-mod kif konna qed naħsbu qabel. Issa bdejna nistaqsu din l-aħbar x’kienet se tfisser għal ħajjitna”.

    Jgħid li l-mistoqsijiet kienu ħafna. “Bdejt nistaqsi lili nnifsi jekk it-tarbija kinitx se titwieled. Melissa x’se jiġri minnha? Kienet realtà iebsa ħafna. Kollox spiċċa waqaf.”

    It-tobba quddiem ir-realtà li kienet tqila pproponewlha li tagħmel abort. Ma riditx. “Li ntemm ħajjet it-tarbija ma kinitx għażla għalija,” saħqet Melissa.

    It-tobba jgħidulhom li ftit li xejn jistgħu jagħmlu. Il-ħsieb tagħhom kien li tagħmel abort biex jagħtuha trattament aggressiv. Il-koppja kienet deċiża li tkompli għaddejja bit-tqala. L-ewwel interess tagħhom, kienet it-tarbija.

    Xorta bdew jagħmlu r-riċerki u sabu li tista’ tieħu kimoterapija waqt it-tqala. Tfassal pjan mediku. Dan kien li tieħu tliet rawnds ta’ kimoterapija u mbagħad jekk jaraw li t-tumur ċkien tingħata r-raba’ rawnd ta’ kimoterapija.

    It-tobba infurmawha wkoll li jekk wara tliet rawnds ta’ kimoterapija kienu se jsibu li t-tumur ma kienx ċkien huma kienu se jagħmlu ċesarja biex tinħareġ it-tarbija u fl-istess ħin issir operazzjoni biex jitneħħa t-tumur.

    Kienet deċiżjoni iebsa. Jammettu li kienu mdejqin ħafna. Imma jispejgaw li kull meta ħassewhom imdejqin kienu joqogħdu jisimgħu qalb it-tarbija tħabbat biex jagħmlu kuraġġ.

    Wara t-testijiet li saru fi tmiem tliet rawnds ta’ kimoterapija, it-tobba ddeċidew li joperaw. Olivia titwieled b’ċesarja. Hekk kif twieldet Melissa ttieħed fis-sala tal-operazzjoni biex jitneħħilha t-tumur. Jumejn wara, Melissa u bintha Olivia ltaqgħu għall-ewwel darba.

    Din il-koppja tgħid bla tlaqliq li l-uniku ħaġa li żammithom jiġġieldu din is-sitwazzjoni kienet it-tama li jaraw lil binthom titwieled. L-operazzjoni ta’ Melissa marret tajjeb ukoll. Damet ftit aktar minn kemm kien mistenni. L-omm tgħid li “kienu żminijiet li matulhom min jaf kemm infqajt nibki waħdi.”

    Għal ħafna d-deċiżjoni li ħadet l-omm wasslet biex mhux biss salvat lit-tarbija imma anke salvat hi magħha għax illum qed tirkupra mill-marda li kellha.

    “Melissa mara tal-ġenn. Għaddiet minn ħafna u jien kburi biha. Ma naħsibx li ssib ħafna nies li jkunu kapaċi jifilħu għal sitwazzjonijiet bħal dawn. Hi dejjem qieset lilha nfisha sekondarja u qatt ma ħasbet fiha nfisha biss. Illum hi omm kuntenta.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook