Koppja tbigħ kulma kellha biex tixtri dgħajsa u ddur id-dinja … Id-dgħajsa tegħreq b'kulma kellhom wara biss jumejn!

  • Fra 10, 2018 19:34
  • Miktub minn iNews
"

    Koppja li biegħet kulma kellha biex tkun tista’ tixtri dgħajsa u ddur id-dinja, litteralment tilfu kulma kellhom wara li l-jott li xtraw għereq wara jumejn biss.

    Tanner Broadwell u Nikki Walsh bdew l-avventura tagħhom nhar it-Tnejn li għadda. Madankollu nhar l-Erbgħa l-awtoritajiet tal-emerġenza kellhom jintervjenu wara rapporti ta’ jott li kien inqaleb fil-Golf tal-Messiku viċin il-Bajja ta’ Madeira.

    Jidher li l-jott laqat ma’ oġġett bil-konsegwenza li beda dieħel kwantità konsiderevoli ta’ ilma u għereq.

    B’xorti tajba l-koppja u l-kelb tagħhom Remy, irnexxielhom jaħarbu minn fuq id-dgħajsa qawwijn u sħaħ. Madankollu dak kollu li kellhom għereq mal-jott.

    Il-koppja qalu li kienu deċidew li jibdew din l-avventura biex jaħarbu l-ħajja moderna. Madankollu Broadwell issa saħaq li spiċċaw bla xogħol, bla flus u bla saqaf fuq rashom.

    Minkejja l-inċident, il-koppja hija determinata li aktar ’il quddiem tixtri dgħajsa oħra f’tentattiv li jirnexxielhom jagħmlu l-ħolma tagħhom realtà.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0