inewsmalta.com



Muscat: “Mijiet ta' impjiegi se jinħolqu bil-kannabis mediċinali”

  • Fra 11, 2018 10:08
  • Miktub minn iNews
    Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li s-settur tal-kannabis mediċinali se jwassal għall-ħolqien ta' mijiet ta' impjiegu u lil Malta biex issir minn ta' quddiem fl-Ewropa u fid-dinja.
    Waqt intervent telefoniku fuq One Radio, Muscat semma kif wara li l-Malta Enterprise iffirmat tliet ftehim ma' daqstant kumpaniji biex jiftħu meta tgħaddi l-liġi, hemm negozjati fi stadju avvanzat ma' tliet kumpaniji oħra waqt li oħrajn jinsabu interessati wkoll.

    Huwa irrefera għall-kontroversja dwar l-art f'Bulebel, limiti taż-Żejtun, li tista' tinbena biex fuqha ssir fabbrika u waqt li saħaq li din kienet ilha snin twal intiża għall-iżvilupp sostna li d-dover tal-Gvern huwa li jfittex bilanċ bejn il-ħtiġijiet ekonomiċi u dawk ambjentali.

    Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar il-kwistjoni bejn il-Gvern u t-tobba fejn qal li rridu nħarsu lejn il-futur u mhux lejn il-passat. Waqt li għamilha ċara li hemm ftehim u deċiżjonijiet, Muscat sostna li rridu naraw huwa kif sew taħdem is-sistema. Huwa saħaq li jista' jkollna żviluppi pożittivi jekk iż-żewġ naħat juru rieda.
     
    Muscat ma naqasx milli jsemmi l-ftuħ tal-Crane Currency u waqt li fakkar kif in-negozjati magħha bdew meta ħarġet l-aħbar li d-De La Rue kienet se tkeċċi l-ħaddiema, irrimarka li llum mhux talli d-De La Rue ma keċċietx ħaddiema imma qed tfittex aktar waqt li nħolqu impjiegi ġodda mal-Crane Currency u se jkollna aktar aħbarijiet tajba fil-futur.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook