Delia: “Il-kwistjoni ta' Vitals mhi xejn għajr negozju li sar bi skop, u dan qed ngħidu barra mill-Parlament”

  • Fra 11, 2018 11:47
  • Miktub minn iNews

    F’intervista fuq l-istazzjon tar-radju tal-Partit Nazzjonalista, il-Kap Nazzjonalista u tal-Oppożizzjoni Adrian Delia tkellem fost l-oħrajn dwar il-kwistjoni tal-Vitals, fejn saħaq li qed nassistu għal Gvern fil-forma ta’ Joseph Muscat li jrid jagħmel minn kollox biex jaħrab minnha u jnessihielna.

    Filwaqt li saħaq li fil-ġimgħat li ġejjin se nkunu qed nassistu għal manuvri min-naħa tal-Gvern biex il-poplu jinsa l-isem tal-Vitals, huwa attakka lill-Ministru Konrad Mizzi fejn saħaq li dan tal-aħħar minn din il-kwistjoni kollha bena negożju intiż biex ifalli biex xi ħadd jagħel il-miljuni minn fuq dahar il-poplu Malti u Għawdxi. Saħaq li l-Gvern f’dan kollu ma ra xejn ħlief opportunità ta’ negozju. “U dan qed ngħidu barra mill-Parlament, u l-privileġġi li jagħtini,” saħaq Delia.

    Delia koma billi saħaq li sal-lum ħadd għadu ma jaf min huma n-nies responsabbli wara l-kumpanija Vitals. “Jien fil-Parlament staqsejt min hemm wara l-Vitals? Il-poplu ma jafx. Il-Ministru Konrad Mizzi jaf għax hu għamlu n-negozju. Il-Ministru Chris Fearne ma weġibx għall-mistoqsija tiegħi allura ma nafx jekk jafx. Il-Prim Ministru Joseph Muscat jaf jew le ta’ min hi l-Vitals?” staqsa l-Kap Nazzjonalista.

    Kompla jgħid li l-Gvern ta l-miljuni lil persuni li ħadd ma jaf min huma, li min-naħa tiegħu qabbad kuntratturi lokali għal xogħlijiet biex issa baqa’ ma tħallsux. Tenna mill-ġdid li l-kwistjoni tal-Vitals hija negozju li sar bi skop.

    Emfasizza li l-Partit Nazzjonalista mhux se jieqaf jitkellem dwar dan “in-negozju maħmuġ”. Saħaq li se jibqa’ jaħdem biex jerġa’ jrodd lura din l-art lill-poplu Malti u Għawdxi. “Il-Gvern diġà qalilna se jibqa’ għaddej b’dan il-proġett minħabba li issa ġejjin Steward Health Care,” saħaq Delia, filwaqt li ddeskrivihom bħala l-aktar nies li jaqilgħu flus minn fuq il-morda.

    Temm billi qal li l-Gvern għamel stupru tal-assi tal-poplu Malti u Għawdxi fis-settur tas-saħħa.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  

Facebook