Christian Karembeu: “Għandna bżonn inbiddlu d-drawwiet tagħna u naċċettaw id-diversità”

  • Fra 11, 2018 15:10
  • Miktub minn iNews
"

    Ir-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-1998 mat-tim Franċiż Christian Karembeu iddikjara li għandna bżonn inbiddlu d-drawwiet tagħna u naċċettaw id-diversità li għandna llum. 

    Hu qal dan għal mistoqsija li għamilnielu hekk kif ilbieraħ hu akkumpanja l-wasla tat-trofew tat-Tazza tad-Dinja f’Malta.

    Staqsejnieh speċifikament dwar diversi inċidenti ta’ razziżmu li tappnu l-istorja riċenti tat-tim nazzjonali tal-futbol Franċiż. Dan meta t-tim Franċiż tal-1998 kien xempju ta’ integrazzjoni u għaqda b’diversi plejers ġejjin minn pajjiżi differenti. 

    Karembeu qalilna li rridu nmorru lil’hinn mill-istorja ta’ aljenazzjoni tal-passat u nħarsu lejn l-oriġini tal-futbol. 

    Huwa rrefera għall-“moviment naturali” li jinsab għaddej minnu dan l-isport b’mod partikolari f’dak li jirrigwardja t-teknoloġija. Qal li rridu naċċettaw dan it-tibdil li qed iseħħ u li fi kliemu stess “rridu nbiddlu d-drawwiet u naċċettaw id-diversità.”

    Huwa temm jgħidilna li, “għalkemm diversi, aħna dinja waħda u tim wieħed.” 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0