“Għinuni … ommi ma tistax tieħu ħsiebi” … Tarbija tat-twelid jitħalla b'ittra ta' talba għall-għajnuna

  • Fra 11, 2018 16:38
  • Miktub minn iNews

    Jekk jogħġbok għinni. Ommi ma kinitx taf li hi tqila. Ommi ma tistax tieħu ħsiebi. Ħuduni għand l-awtoritajiet biex isibuli familja tajba.” L-ittra tkompli li “irrid l-aħjar għalih. Jiddispjaċini”.

    Din kienet ittra li nstabet ma’ tarbija tat-twelid fl-ajruport ta’ Hudson fl-Istati Uniti. Il-Pulizija fl-ajruport ta’ Hudson f’komunikat li ħarġu qalu li t-tarbija instabet f’tojlit tan-nisa għall-ħabta tad-9.30 p.m. Il-persuna li sabet lit-tarbija tat-twelid, ma setgħetx issib lil ommu. It-tarbija ngħatat l-ewwel għajnuna fuq il-post u wara intbagħtet l-isptar.

    Ġew pubblikati filmati minn kameras tas-sigurtà. Dawn juru mara, li aktarx li kienet għadha kif waslet minn titjira u li dehret sejra lejn it-tojlits fejn instabet it-tarbija. F’idejha il-mara kellha xi ħaġa mgħottija. Jidher li hi wara poġġiet it-tarbija fuq mejda fejn ibiddlu lit-trabi, ħalliet nota u telqet. Minn tfittxijiet li għamlet il-Pulizija instab li fit-tojlit kien hemm mormijin xi ħwejjeġ ta’ taħt, u affarijiet oħra relatati mat- tqala.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook