Missier itaqqal lil bintu, wara li snin qabel kien ta għall-adozzjoni

  • Fra 11, 2018 18:35
  • Miktub minn iNews
"

    Każ li qajjem diskussjoni kbira kien dak li seħħ fl-Istati Uniti eżattament f’Virginia. F’dan il-każ kien hemm missier li taqqal lil bintu li kienet ingħatat għall-adozzjoni. 

    Hu taqqalha wara li l-bint għamlet kuntatt permezz tal-midja soċjali mal-ġenituri bijoloġiċi tagħha, liema kuntatt sar wara tfittxijiet li għamlet.

    Omm it-tifla, immedjatament ħarġet twissija kif saret taf b’dak li ġara. Hi qed twissi lil dawk li jkollhom tfal adottati joqogħdu attenti meta t-tfal ikunu se jiltaqgħu mal-ġenituri bijoloġiċi tagħhom. Fi kliemha stess, dawn it-tfal għandhom jingħataw terapija u dan minħabba li l-emozzjonijiet tagħhom meta jiltaqgħu mal-ġenituri bijoloġiċi jistgħu jispiċċaw konfużi ma’ xi ħaġa oħra. 

    Ir-ritratti tal-missier li hu aktar minn għoxrin sena akbar minn bintu, qalgħu għadd ta’ kummenti dispreġjattivi fuq il-midja soċjali. Imma jekk ħafna infexxew f’tgħajjir għal missier, inħasdu aktar meta ħareġ li l-missier u l-bint kienu qed jippjanaw li jiżżewġu. 

    Il-bint Katie Pladl li għandha 20 sena, kellha bħala ġenituri bijoloġiċi lil Steven Pladl u lil martu. Dawn kienu taw lil binthom għal adozzjoni. 

    Ġara iżda li meta Katie kellha 18-il sena hi bdiet tfittex lill-ġenituri bijoloġiċi tagħha. Ma tantx damet ma sabithom. 

    F’Awwissu tas-sena 2016 Katie Pladl marret fid-dar tal-ġenituri tagħha f’Richmond f’Virginia. Hemmhekk hi ltaqgħet maż-żewġ ħutha l-oħra. 

    Tliet xhur biss wara, il-koppja isseparaw. Minħabba f’hekk Katie Pladl kellha ukoll tbiddel id-dar. 

    Kollox ħa żvolta ġdida f’Mejju tas-sena li għaddiet, meta l-omm kienet qed tara djarju ta’ wieħed minn uliedha u fih sabet miktub li Katie kienet tqila minn missierha. It-tfal tiegħu saru jafu b’dan wara li kien missierhom stess li qalilhom.

    Jidher li Steven Pladl anke qal lil martu li hu kien missier it-tarbija li kienet se twelled Katie u qalilha ukoll li kienu qed jippjanaw li jiżżewwġu.

    L-affarijiet komplew jikkomplikaw u dan hekk kif fl-aħħar ta’ Jannar, Steven u Katie kienu arrestati f’darhom li tinsab f’Knightdale. It-tarbija tagħhom twieldet f’Settembru tas-sena 2017. Il-koppja qed tinżamm f’Wake County Detention Centre u qed jistennew li jkunu estraditi lejn Virginia.

    Huma qed ikunu akkużati bi tqala bejn qraba, xi ħaġa li f’xi stati fl-Istati Uniti u anke f’pajjiżi oħra madwar id-dinja hi reat. 

    Waqt li Steven ingħata l-libertà proviżorja, Katie baqgħet miżmuma. 

    F’Virginia jekk tinstab ħati ta’ reat simili tista’ teħel sa għaxar snin ħabs.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0