“Ghettos tal-immigranti fil-futur se jkunu bomba nukleari ta’ rvellijiet u inkwiet fl-UE”

  • Fra 12, 2018 10:36
  • Miktub minn iNews
"

    Uffiċjal għoli tal-Unjoni Ewropea wissa li ghettos ta’ immigranti jafu jispiċċaw “bomba nukleari” ta’ rvellijiet u inkwiet u ħeġġet lill-Unjoni Ewropea biex tiffaċċja lil din il-problema. L-Unjoni Ewropea għandha għad-dispożizzjoni tagħha mat-€350 biljun allokati biex jintefqu sal-2020 rigward il-politika ta’ integrazzjoni hekk kif qed tipprova tnaqqas l-inugwaljanza fost il-pajjiżi membri.

    Corina Cretu, Kummissarju Ewropew għall-politika reġjonali, qalet li l-flus huma kruċjali biex titwaqqaf is-segregazzjoni ta’ immigranti f’ghettos fejn il-ħajja hija diffiċli u anke perikoluża. Minkejja snin ta’ infiq fuq infrastruttura f’uħud mill-aktar partijiet foqra fl-Ewropa, l-Unjoni Ewropa għandha l-għan li żżid in-nefqa f’pajjiżi fil-Lvant u n-Nofsinhar tal-Ewropa f’tentattiv li tnaqqas l-inugwaljanza.

    Cretu qalet li dan huwa importanti għal intergrazzjoni soċjali.

    Is-sistema għal ażil tal-Unjoni Ewropea kienet f’riskju li tikkollassa fl-2015 hekk kif miljuni ta’ refuġjati u immigranti bdew jaqsmu l-Mediterran b’tama ta’ ħajja aħjar, b’mod speċjali lejn l-Italja u l-Greċja. Il-Polonja, l-Ungerija, is-Slovakkja u r-Repubblika Ċeka lkoll irrifjutaw li jilqgħu għandhom parti mill-immigranti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0