ARA: Il-Kappillan tal-Port jappella għall-ikel għall-baħrin

  • Fra 12, 2018 12:43
  • Miktub minn iNews
"

    Wara t-traġedja tal-vapur li nkalja f’Ta’ Fra Ben il-Qawra nhar is-Sibt li għadda, l-Kappillan tal-Port Fr Joe Borg qed jagħmel appell lill-pubbliku għall-għajnuna. Dan għall-fatt li s-seba’ baħħara li kienu abbord l-istess vapur spiċċaw b’ta fuqhom senduqhom u kien grazzi għall-Kappillan tal-Port li sabu rifuġju fiċ-Ċentru tal-Baħħara li nbena apposta bl-inizjattiva tiegħu stess.

    “Talbuni nżomm lill-baħrin hawnhekk f’dan il-post. Dan iċ-ċentru huwa maħsub għal dawk il-baħrin li jispiċċaw b’xi diffikultà fuq il-vapur tagħhom, jew jimirdu u ma jkollhomx fejn joqgħodu.” Hekk stqarr magħna Fr Borg. Qal li l-problema hija serja u ma jafux kif se tispiċċa, għax dawn il-baħrin tilfu kważi kollox u milli jista’ qed jipprovdilhom kemm jista’ jkun affarijiet. 

    Saħaq li għalkemm ipprovdilhom saqaf fuq rashom, pero l-problema tibqa dik ta’ nuqqas ta’ ikel u ħwejjeġ. Il-Kappillan filwaqt li xtaq jirringrazzja lil dawk kollha li diġa taw l-għajnuna tagħhom, appella għal aktar donazzjonijiet mingħand il-pubbliku. 

    Mistoqsi dwar x’qed jitolbu, qalilna li jixtiequ doazzjonijiet ta’ affarijiet essenzjali ta’ kuljum, bħal ross, għaġin, bottijiet taz-zalza u ilma kif ukoll prodotti biex wieħed jinħasel bihom. 

    Dawk kollha li jixtiequ jagħtu xi donazzjonijiet huma mitluba li jiħduwhom fiċ-Ċentru tal-Baħħara li jinsab prorpju biswit il-knisja f’Ta’ Liesse, il-Belt Valletta jew iċemplu lill-Fr Borg fuq 99879947.  

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0