AĠĠORNAT: IL-KARNIVAL JERĠA' JITĦASSAR … Titnieda petizzjoni biex jitmexxa għal Mejju

  • Fra 12, 2018 13:52
  • Miktub minn iNews

    AĠĠORNAT: Bix-xita tkompli tippersisti matul il-ġurnata tal-lum, id-dilettanti tal-Karnival ngħataw l-aħbar li ma ridux jisimgħu. Il-programm tal-Karnival għal-lum tħassar mill-ġdid. Aħbar ikkonfermata mid-direttur artistiku Jason Busuttil fuq il-profil tiegħu.

    AKTAR QABEL: Bix-xita tħassar mhux ftit il-programm tal-Karnival għal din is-sena, bosta wrew l-opinjoni tagħhom li għandu jitmexxa għal perjodu ts-sena fejn l-iżvolġiment tiegħu ma jkunx f'riskju li jkun affettwat mix-xita. U ħafna qed jitolbu biex jerġa; jibda jiġi ċċelebrat bħall-imgħoddi tul ix-xahar ta' Mejju.

    Bil-maltemp ta' nhar il-Ġimgħa u s-Sibt jagħmel ħsarat li jlaħħqu l-eluf ta' ewro, l-iżvolġiment tal-programm kien ristrett għall-jum tal-Ħadd, tal-lum, u għada. Bix-xita tipprova wkoll xxekkel l-isforzi tad-dilettanti matul il-jum tal-Ħadd u llum b'ħalbiet li ħassbu u mhux ftit lil min attenda bi ħġaru l-Belt biex jammira l-ġmiel tal-karrijiet. Kien għaldaqstant li tnidiet petizzjoni fejn qed ikun propost li l-iżvolġiment jitmexxa għal Mejju. Fi ftit sigħat mijiet ta' nies qablu ma' din il-proposta.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook