L-Awstralja tonora tlieta ta’ dixxendenza Maltija

  • Fra 12, 2018 19:00
  • Miktub minn iNews
"

    Tliet Awstraljani ta’ dixxendenza Maltija - Charles N. Mifsud, Denise Ann Cauchi u George Bartolo - ġew onorati bħala membri tal-ordni fl-Awstralja. Huma ngħataw dan l-unur f’Jum l-Awstralja 2018, flimkien ma’ 641 oħra.

    Charles N. Mifsud twieled f’Tas-Sliema u emigra lejn Sydney fl-età ta’ 14-il sena. Huwa ngħaqad fl-army RAEME fil-perjodu 1956-1961. Serva wkoll fil-kumitat tal-Melita Eagles SFC u fl-1988 ingħaqad mal-Għaqda Kulturali Maltija ta’ New South Wales (NSW).

    George Bartolo, mwieled ir-Rabat, Malta, emigra lejn l-Awstralja fl-1959. Huwa l-membru tal-Fondazzjoni u l-Viċi President attwali tal-Kunsill tal-Komunitajiet Multikulturali ta’ Illawara (MCCI). 

    Serva wkoll bħala President tal-George Cross Falcons Club ta’ Cringila għal madwar tletin sena u huwa t-teżorier attwali tal-Kunsill Komunitarju tal-Maltin ta’ NSW. 

    Denise Ann Cauchi emigrat lejn l-Awstralja flimkien mal-familja tagħha fl-1968 meta kellha sentejn. Hija d-Direttur Eżekuttiv u l-fundatriċi ta’ Diaspora Action Australia (DDA) li twaqqfet fl-2008. 

    Denise hi wkoll avukat u prattikant tad-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp, b’attenzjoni partikolari fuq il-kunflitt bl-armi. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0