Premier: Valletta jnaqqsu d-distakk

  • Fra 12, 2018 22:59
  • Miktub minn iNews
"

    Ritratt: Dominic Borg

     

    Lija Athletic ……1

    Valletta …………3

     

    Valletta rritornaw għar-rebħ wara li mingħajr wisq tbatija għelbu lil Lija Athletic bl-iskor ta’ 3-1 f’partita li huma ddominaw mill-bidu sat-tmiem.  B’hekk issa d-distakk tal-Beltin minn ma’ Balzan li jinsabu fil-quċċata huwa biss ta’ punt. 

    Kif mistenni l-Beltin ħarġu jfittxu goal kmieni u wara biss żewġ minuti kienu għoddhom skorjaw iżda x-xutt mill-viċin ta’ Matteo Pi-ciollo stampa mal-mimduda. 

    Il-Beltin komplew jattakkaw u mal-kwarta logħob xutt minn qagħda tajba ta’ Albert Prosa  ġie salvat mingħajr wisq diffikultà minn Luke Bonnici.  L-andament tal-partita baqa’ l-istess bil-Bel­tin joħolqu azzjoni oħra fl-24 minuta meta żewġ tentattivi ta’ Piciollo u Santiago Malano ġew imblukkati minn Luke Bonnici u finalment id-difiza kklerjat għal corner. 

    Żewġ minuti wara waslet azzjoni oħra min-naħa ta’ Valletta meta xutt ta’ Piciollo ġie mdawwar għal corner minn Bonnici.  Fit-30 minuta Valletta resqu viċin li jiftħu l-iskor meta xutt ta’ Enmy Pena Beltre ġie mxellef minn difensur ta’ Lija u l-goalkeeper Bonnici rnexxielu jdawwar għal corner bl-għajnuna tal-wieqfa. 

    L-isforzi ta’ Valletta taw il-frott fl-34 minuta meta ALBERT PROSA kkonkluda fix-xibka b’xutt mill-viċin wara cross ta’ Matteo Piciollo.  Żewġ minuti minn tmiem l-ewwel taqsima Valletta kienu sfortunati li ma rduppjawx meta Santiago Malano qassam lejn Matteo Piciollo, dan qabeż lill-goalkeeper avversarju iżda x-xutt tiegħu ħabat ma’ sieq il-lasta.

    Wara l-mistrieħ l-Beltin komplew jinsistu u fis-56 minuta daqqa ta’ ras ta’ Albert Prosa għaddiet barra.  Fil-65 minuta, Valletta rduppjaw meta Ibrahim Saleh ikkrossja lejn MIGUEL ANGEL ALBA u dan għeleb lil Bonnici minn tarf il-kaxxa. 

    Kwarta mit-tmiem Valletta żiedu goal ieħor meta MIGUEL ANGEL ALBA qabeż difensur fil-kaxxa ta’ Lija u kkonkluda fix-xibka b’xutt fil-baxx.  Fil-ħin miżjud, Lija skorjaw goal ta’ konsolazzjoni meta ERJON BEU għeleb lil Henry Bonello direttament minn free-kick.

    LIJA A.: 12-Luke Bonnici, 3-Predrag Babic, 24-Ousmane Sidibe, 6-Daniel Scerri, 13-McAllister Clinch, 5-Patrick Borg, 21-Raphael Kooh Sohna, 23-Hysa Vilfor (19-Nigel Spiteri  55), 25-Kei Hirose, 7-Erjon Beu, 9-Dylan Agius (22-LeeJoe Schembri 69)   - Coach: Joseph Galea

    VALLETTA: 1-Henry Bonello, 4-Steve Borg, 5-Ryan Camilleri, 8-Santiago Malano (14-Kyrian Nowko 69), 10-Matteo Piciollo, 18-Enmy Pena Beltre, 19-Joseph Ze­rafa, 20-Raed Ibrahim Saleh (21-Denni Rocha dos Santos 78), 24-Rowen Muscat, 27-Miguel Angel Alba, 99-Albert Prosa (9-Michael Mifsud 74)   - Coach: Danilo Doncic

    REFEREE: Ishmael Barbara

    ASS. REFEREES:Luke Portelli, Theodore Zammit

    RABA’ UFF: Trustin Farrugia Cann

    SKORERS:A. Prosa 34 (V), M.A. Alba 65, 75 (V); E. Beu 92 (L)

    AMMONIT:E. Beu (LA)

    PLAYER TAL-LOGĦBA:Matteo Piciollo (Valletta)

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0