Premier: Tarxien Rainbows b'rebħa imprezzabbli

  • Fra 12, 2018 23:00
  • Miktub minn iNews
"

    Ritratt: Dominic Borg

    Tarxien Rainbows …..5

    Naxxar Lions …………2 

    F’logħba mill-isbaħ u li pproduċiet xejn inqas minn seba’ goals, Tarxien Rainbows kisbu rebħa mill-aktar importanti  bl-iskor ta’ 5-2 kontra Naxxar Lions, fit-tentattiv li jkomplu jissieltu biex iżommu posthom fl-ogħla diviżjoni.

    Kienu r-Rainbows li fetħu l-iskor, fil-35 minuta, permezz ta’ xutt minn tarf il-kaxxa ta’ RICARDO SILVA FARIA biex b’hekk kompla jikkonferma li Naxxar Lions huwa t-team favorit tiegħu li jsib ix-xibka kontrih hekk kif fl-ewwel round, jiġifieri, fit-13 ta’ Ottubru li għadda, irreġistra doppjetta perso­nali.

    Iżda r-Rainbows ftit li xejn damu jifirħu hekk kif żewġ minuti biss wara, il-Lions ġabu l-iskor indaqs meta Mohamed Belhadj għadda through pass lejn Daniel Mateo Bustos li kellu x-xutt fil-baxx għar-rokna tax-xibka, jiġi devjat għal ġewwa mid-difensur tar-Rainbows, Andrè Scic­luna.

    Madankollu, f‘botta u risposta fil-41 minuta, ir-Rainbows reġgħu marru fil-vantaġġ meta WELLINGTON DE OLIVEIRA VIERA qabbeż il-ballun minn fuq il-goalkeeper Awstrijak tal-Lions, Christoph Nicht, li ħareġ minn postu biex jipprova jantiċipa lill-istess player.

    Fil-45 minuta, eżattament qabel tmiem l-ewwel taqsima WELLINGTON DE OLI­VEIRA VIERA reġa’ sab ix-xibka għar-Rainbows permezz ta’ xutt sabiħ minn tarf il-kaxxa li ma ta l-ebda ċans lil Nicht isalva biex b’hekk irreġistra doppjetta personali.

    Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Naxxar Lions ħarġu ferm aggressivi u fis-47 minuta naqqsu l-marġni tal-iskor meta minn free-kick insidjuż, id-difensur tar-Rainbows Ebiabowei Baker tefa’ l-ballun fil-lasti tiegħu stess b’daqqa ta’ ras, biex b’hekk irriżulta f’auto-goal sfortunat.

    Tarxien għamlu reaz-zjoni mmedjata u minuta biss wara rebħu penalty meta l-captain tal-Lions, Angus Buhagiar, mess il-ballun b’idu fil-kaxxa wara cross tal-awtur tal-ewwel goal Tarxiniż, Ricardo  Silva Faria.

    Mill-11-il metru nkariga ruħu SAMBA TOUNKARA li ma żbaljax hekk kif tefa’ l-ballun fis-saqaf tax-xibka permezz ta’ xutt qawwi.

    Fit-88 minuta, it-team immexxi mill-coach José Borg, issiġilla r-rebħa b’xutt ta’ RICARDO SILVA FARIA, bil-ballun jintemm fir-rokna tax-xibka.

    B’hekk din ir-rebħa tat nifs ġdid lir-Rainbows biex ikomplu jibnu fuqha għas-salvazzjoni.

    TARXIEN R.: 1-Andrea Cassar, 4-Stefan Radovanovic, 5-Ebiabowei Baker, 10-Gabriel Aquilina, 14-Andrew Agius, 15-Luke Grech, 16-Andrè Charles Scicluna, 18-Samba Tounkara (11-James Brincat 89), 19-Wellington De Oliveira Viera (6-Godwin McKay 81), 21-Eduard Malin Calin, 22-Ricardo Silva Faria (99-Matteo Desira Buttigieg 90) -Coach: José Borg

    NAXXAR L.: 1-Christoph Nicht, 2-Rafael Santos Henriques Caetano, 3-Mailson Souza Duarte Junior, 8-Ryan Grech, 9-Manolito Micallef (15-Ryan Gilmour Cassar 46), 11-Duane Bonnici, 19-Da­niel Mateo Bustos, 20-Angus Buhagiar, 21-Mohamed Belhadj (16-Jurgen Debono 66), 24-Elhadji Oussenyou Ndoye (10-Daren Falzon 46), 91-Yuri De Jesus Messias -Coach: Oliver Spiteri

    REFEREE: Darryl Agius

    ASS. REFEREES:Paul Apap, Duncan Sultana

    RABA’ UFF: Malcolm Spiteri

    SKORERS:R. S. Faria 35, 88, W. De Oliveira Viera 41, 45, S. Tounkara pen. 49 (TR) D. Bustos 37, E. Baker og 47 (NL)

    AMMONITI:S. Tounkara, R. S. Faria, G. Aquilina (TR), R. Grech (NL)

    PLAYER TAL-LOGĦBA:Ricardo Silva Faria (TR)

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0