Premier: Hibernians iżommu l-pass

  • Fra 12, 2018 23:00
  • Miktub minn iNews

    Hibernians ………....5

    Senglea Athletic ….1 

    Hibernians żammew il-pass mat-timjiet ta’ fuqhom wara li għelbu lil Senglea Athletic bl-iskor ta’ 5-1 f’partita li huma ddominaw minkejja li kienu Senglea li fetħu l-iskor.

    Hibernians ħolqu l-ew­wel azzjoni denja wara seba’ minuti meta daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Joao Moreira wara cross ta’ Giorgi Gorozia għaddiet ftit għoli.  Minuta wara Senglea fetħu l-iskor meta AUGUSTO CASERES rċieva pass fil-kaxxa ta’ Hibernians, dan antiċipa l-ħarġa tal-goalkeeper avversarju u minkejja li kien f’pożizzjoni xi ftit angolati xorta waħda rnexxielu jikkonkludi fix-xibka b’xutt fil-baxx. 

    Żewġ minuti wara Senglea kien għoddhom irduppjaw meta xutt fil-baxx minn barra l-kaxxa ta’ Gregori Braga għadda ftit barra.  Hibernians għamlu reazzjoni u fil-15-il minuta għamlu l-iskor imdaqs meta Ian Azzopardi deher imiss il-ballun b’idu wara cross ta’ Joao Moreira, ir-referee ordna penalty li minnu CLAYTON FAILLA ma falliex. 

    Senglea resqu viċin li jerġgħu jmorru fil-vantaġġ meta daqqa ta’ ras minn qagħda tajba ta’ Augusto Caseres, wara cross ta’ Josuel Spiteri, ġiet salvata minn Rudy Briffa.  Erba’ minuti minn tmiem l-ewwel taqsima Hibernians marru fil-vantaġġ meta JOAO MOREIRA għeleb lil Farrugia b’xutt mill-ewwel wara corner ta’ Failla.  Minuta wara fuq in-naħa l-oħra, Senglea kienu sfortunati meta xutt ta’ Terence Vella ħabat mal-wieqfa u l-ballun spiċċa barra.

    Mas-siegħa logħob Senglea resqu viċin li jagħmlu l-iskor indaqs meta Ivan Paz ikkrossja għan-nofs bil-ballun jgħaddi minn quddiem il-lasti u jibqa’ sejjer barra.

    Fis-66 minuta Hibernians skorjaw it-tielet goal meta Johann Bezzina żmarka lil JURGEN DEGABRIELE u dan ikkonkluda fix-xibka b’xutt fil-baxx. 

    Minn hawn ‘il quddiem il-partita naqqset xi ftit mir-ritmu iżda ż-żewġ timijiet kellhom il-mumenti tagħhom  u fit-88 minuta f’azzjoni veloċi, DUNSTAN VELLA rċieva ballun u wara li kkontrolla għeleb lil Farrugia bil-ballun jaħbat ma’ sieq il-lasta qabel jispiċċa fix-xibka.  Żewġ minuti wara Hibernians ssiġġillaw ir-rebħa meta ARLINDO OLIVEIRA NETO kkonkluda fix-xibka b’xutt mill-viċin.

    HIBERNIANS: 24-Rudy Briffa, 4-Dunstan Vella, 5-Martin Kreuzriegler, 6-Rui da Gracia Gomes, 10-Jurgen Degabriele (99-Arlindo Oliveira Neto 75), 13-Clayton Failla (7-Jackson Lima 63), 19-Johann Bezzina (8-Rodolfo Soares 67), 20-Andrei Agius, 17-Joao Moreira, 22-Joseph Mbong, 31-Giorgi Gorozia.  - Coach: Mark Miller

    SENGLEA A.: 16-Matthew Farrugia, 5-Randall Vella, 4-Jonathan Bondin (27-Steve Bonnici 70), 13-Sergio Uyi, 3-Ian Azzopardi, 15-Gonzalo Virano, 23- Josuel Spiteri (6-Brian Volpini 72), 11-Ivan Paz, 10-Terence Vella (9-Nicola Palmieri 78), 21-Augusto Caseres, 7-Gregori Braga. - Coach: Paolo Favaretto

    REFEREE: Alan Mario Sant

    ASS. REFEREES:Edward Spiteri, Peter Abela

    RABA’ UFF: Sandro Spiteri

    SKORERS:A. Caseres 8 (SA); C. Failla 15 pen, J. Moreira 41, J. Degabriele 66, D. Vella 88, A. Oliveira Neto 90 (H)

    AMMONITI:A. Agius (H); Brian Volpini (SA)

    PLAYER TAL-LOGĦBA:Johann Bezzina  (Hibernians)

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook