Jippriedka mod u jagħmel ieħor

  • Fra 13, 2018 08:59
  • Miktub minn iNews

    Il-Kap tal-PN Adrian Delia nvolut f’każ fejn blokka appartamenti telgħet minflok lukanda wara bidla fil-policy

    Filwaqt li kkritika l-għoti tal-art taż-Żonqor lil American University of Malta biex tibni parti mill-Università, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia u l-PN taw x’jifhem li jekk il-proġett ma jsirx jista’ jkun hemm spekulazzjoni għax jinbnew binjiet għal skopijiet kummerċjali. Għalkemm dejjem ta x’wieħed jifhem li huwa kien qed jagħmel hekk għax għandu għal qalbu l-art barra miż-żona tal-iżvilupp, fl-istess waqt, Delia kien involut f’każ fejn wara li għalqet lukanda fl-Imġarr Għawdex, inbidlet il-policy u minflokha nbniet blokka appartamenti. 

    Huwa mifhum li kien ingħata permess speċifiku mill-MEPA biex issir lukanda fl-Imġarr Għawdex iżda f’daqqa waħda saret bidla fil-policy. Sussegwentment ingħalqet din il-lukanda, inbiegħhet il-blokka biex imbagħad saret spekulazzjoni minn fuq dak il-permess li ngħata.

    Din il-lukanda żviluppat fi blokka ta’ appartamenti u l-ispekulazzjoni kienet ta’ Delia fejn kollox qed jindika li din hija r-raġuni għalfejn il-Kap Nazzjonalista għandu dejn mal-bank li jlaħħaq l-ammont ta’ €7.2 miljun.

    Dan il-proġett kien issemma f’artiklu tal-blogger Daphne Caruana Galizia f’Awwissu li għadda fejn issir referenza għall-proprjetà li Delia kien spekula fuqha. 

    Din l-aħbar tkompli tiżdied mal-lista ta’ aħbarijiet li qed jfeġġu dwar il-Kap Nazzjonalista. Filfatt, matul il-ġimgħa li għaddiet, l-istazzjon televiżiv tal-Partit Laburista, ONE, żvela kif sitt xhur wara li nħatar bħala Kap tal-PN, Delia xorta waħda għadu nvolut f’għadd ta’ kumpanija minkejja li llum il-ġurnata għandu rwol kostituzzjonali bħala Kap tal-Oppożizzjoni. 

    Dokumenti maħruġa mill-Malta Financial Services Authority (MFSA) urew li l-Kap tal-Oppożizzjoni għad għandu konnessjoni kummerċjali f’għadd ta’ kumpaniji, u dan minkejja li fil-kampanja elettorali għall-ħatra ta’ Kap tal-istess partit, huwa kien saħaq pubblikament li jekk ikun elett kien se jwaqqaf l-involviment personali tiegħu f’tali kumpaniji. Sorsi qrib id-Dar Ċentrali sostnew li tul dawn is-sitt xhur Delia qed iqatta’ il-maġġoranza tal-ħin ‘il bogħod mill-uffiċċju tiegħu f’Tal-Pietà, u dan biex ikun jista’ jgħaqdi l-irwol tiegħu f’dawn il-kumpaniji.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook