Fl-Ingilterra difensur jispiċċa bejn il-lasti bi żball

  • Fra 13, 2018 11:47
  • Miktub minn iNews
"

    Dan ġara fl-Ingilterra f'logħba f'kampjonat inferjuri meta l-player coach ta' Grays Athletic, Jamie Stuart, kellu jdaħħal lid-difensur ta' riserva għal siegħa bejn il-lasti kontra Maldon & Tiptree minħabba li sar żball meta kitbu l-ismijiet tal-players fuq il-line-up.

    Meta l-goalkeeper Charlie Burns  weġġa' siequ wara 30 minuta logħob, meta l-iskor kien għadu ma nfetaħx, il-goalkeeper ta' riserva Joe Simmonds beda jagħmel il-warming up biex jidħol hu.  Iżda bla ma kien jaf il-coach,il-goalkeeper ta' riserva, Simmonds ma kienx inkluż fil-line-up.  B'hekk ma kienx eliġibbli biex jidħol hu bejn il-lasti.  

    Il-coach spjega dan l-iżball: "L-iniżjali tal-goalkeeper ta' riserva huma JS l-istess bħal tiegħi. Kien nuqqas ta' ftehim, fejn l-uffiċjal tat-team bi żball ħaseb li l-inizjali kienu jirreferu għalija u kiteb ismi fuq il-bank tas-sostituti.” 

    Id-difensur Ryan Mahal kellu jidħol bejn il-lasti, u t-team ta' Madon mill-ewwel ħa vantaġġ mis-sitwazzjoni fejn marru 2-0 minn fuq.  Il-Grays irnexxielhom jidħlu lura fil-partita u jiskorjaw żewġ goals biex ġabu draw. Il-coach tal-Grays kellu kliem tat-tifhir għad-difensur Mahal li qeda dmiru ferm aktar tajjeb milli kien mistenni. Ċertament li Stuart ser joqgħod attent meta timtela line-up fil-partita li jmiss.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0